Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

Welcome to interactive presentation, created with Publuu. Enjoy the reading!

STRATEĠIJA

KULTURALI

REĠJONALI

2022-2027

TRAMUNTANA

Werrej

Ħarsa Ġenerali � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 10

1.

Introduzzjoni � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 14

2.

Ir-Razzjonal Strateġiku għall-Kultura � � � 16

2�1� Il-funzjonijiet legali u l-eżiti strateġiċi � � � � � � � � � � � � � 18

3.

It-Temi Trasversali Ewlenin għall-

Kultura madwar il-Gżejjer Maltin � � � � � � � � � 20

3�1� Il-prijoritajiet komuni għall-kultura madwar

is-sitt reġjuni � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 22

4.

Il-Profil Kulturali

tar-Reġjun Tramuntana � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 23

4�1� Il-Profil � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 23

4�2� L-analiżi SWOT għar-Reġjun Tramuntana � � � � � � � � � � 25

5.

L-Azzjonijiet ta’ Prijorità għal

Żvilupp immexxi mill-Kultura fir-

Reġjun Tramuntana � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 27

6.

Konklużjoni � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 29

7.

Appendiċi � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � � 30

Programm Operattiv II – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020

“Ninvestu fir-riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet

filwaqt li mippromwuvu t-tisħiħ tas-soċjetá”

Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew

Rata ta’ ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi-Nazzjonali

L-Onorevoli Alison Zerafa Civelli

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali

Minkejja d-daqs diminuttiv tagħna, Malta għandha ħafna

x’toffri, kemm lir-residenti kif ukoll lill-viżitaturi tagħha. L-irħula

u l-villaġġi tagħna huma verament uniċi għax huma rikki fil-kultura u

l-patrimonju waqt li mdawra bil-Baħar Mediterran. Huwa għalhekk li

l-Kunsilli Reġjonali u Lokali tagħna huma verament konxji mill-importanza

li rridu npoġġu fuq il-protezzjoni u t-trawwim tal-kultura, il-patrimonju

u t-tradizzjonijiet lokali tagħna. Huma dawn flimkien li joħolqu r-ruħ tal-

bliet u l-irħula tagħna, tal-ambjent tagħna, u tal-arċipelagu sħiħ tagħna.

aqt li nżidu fil-valur tal-lokalitajiet

Maltin, irridu nieħdu li nistgħu mill-

għarfien espert tagħna waqt li nelevawh

biex ninkoraġġixxu lill-Kunsilli Lokali tagħna jużaw it-

talenti u l-għarfien tagħhom biex tissaħħaħ l-istorja

lokali, it-tradizzjonijiet u l-użanzi tagħna� B’dan

il-mod, nistgħu nippreservaw x’jagħmilna Maltin u

ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri għal snin sħaħ�

Il-Kunsilli Lokali tagħna huma sors kbir ta’ għarfien

reġjonali, u huwa għalhekk li huma parti integrali

tal-Istrateġija Kulturali Nazzjonali� Huwa biss

bil-parteċipazzjoni tagħhom li nistgħu nadattaw

għar-realtajiet ta’ kuljum tas-sitt reġjuni ta’ Malta

biex nintegraw il-komunitajiet, il-knisja, il-kumitati,

l-organizzazzjonijiet, l-artisti, il-kreattivi, il-klabbs

lokali u r-residenti biex flimkien jippromwovu u

jistimulaw il-kultura, it-tradizzjonijiet u l-istorja li

naqsmu flimkien�

Għalhekk, huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nħabbar li

l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern

Lokali qed jinvesti f’Managers Reġjonali fi ħdan il-

Kunsilli Reġjonali tagħna bħala riżorsa umana vitali�

Barra minn hekk, dawn qed jikkollaboraw mill-qrib

mal-Koordinatur Kulturali Reġjonali tal-Kunsill

Malti għall-Arti�

Inħossni ħerqana u eċitata bil-ħsieb li nara attivitajiet

kulturali lokali u inizjattivi ta’ kwalità għolja,

iffaċilitati mill-Kunsilli Lokali tagħna� Fuq kollox,

ninkoraġġixxi lir-residenti u l-komunitajiet tagħna

biex jipparteċipaw u jieħdu l-opportunità biex

jitgħallmu minn dawn l-esperjenzi u jħaddnu t-talent

lokali u l-istorja u l-patrimonju tagħna li jagħmluna

verament Maltin�

Kelmtejn Qabel

L-Onorevoli Owen Bonnici

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Il-proġett Provvista ta’ Żvilupp ta’ Strateġija Kulturali u

Implimentazzjoni għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali mmexxi mill-Kunsill

Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni

tal-Kunsilli Lokali huwa kisba importanti għall-iżvilupp kulturali f’Malta. Inħossni

kburi ninnota li dan il-proġett twettaq b’suċċess bħala parti mill-proġett Create

2020 b’investiment ta’ miljun ewro mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment

Ewropej 2014 – 2020 fil-ħiliet kulturali u kreattivi fis-settur pubbliku Malti.

-Istrateġiji Kulturali Reġjonali huma pass

ieħor fl-impenn tal-gvern biex jiddiċentralizza

l-attività kulturali u jagħti s-setgħa lil

aktar komunitajiet lokali biex imexxu l-iżvilupp

kulturali� Barra minn hekk, l-istrateġiji jibnu fuq

il-kollaborazzjoni mill-aqwa bejn istituzzjonijiet

fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u

l-Gvern Lokali, b’kontribuzzjonijiet validi minn esperti

kulturali u mijiet ta’ partijiet ikkonċernati li ħadu

sehem fil-proċess�

Il-kultura hija mandat legali vinkolanti kemm għall-

Kunsilli Lokali kif ukoll għall-Kunsilli Reġjonali, u permezz

tar-riforma riċenti tal-2019, dan ġie msaħħaħ aktar� Dan

kollu ġie mfassal id f’id mal-Kunsilli Lokali u Reġjonali,

kemm il-proċess li wassal għat-twaqqif tal-Istrateġiji

Kulturali Reġjonali, kif ukoll l-għodod li ngħataw

għat-twettiq tagħhom, li huma eżempji tanġibbli ta’

governanza parteċipatorja� Riżultat ta’ dan, issa r-Reġjuni

jistgħu jidentifikaw prijoritajiet kulturali li huma bbażati

fuq l-evidenza u adattati għall-identitajiet kulturali uniċi

fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali�

L-Istrateġiji Kulturali Reġjonali se jiffaċilitaw u jtejbu

l-ġestjoni tar-riżorsi tal-infrastruttura kulturali lokali

u għalhekk se jżidu l-opportunitajiet għall-kultura u

l-kreattività, u jagħmluhom ukoll aktar aċċessibbli�

Jiena kunfidenti li t-taħriġ li ngħata lill-Kunsilli Lokali u

Reġjonali kollha se jappoġġja l-istrutturi amministrattivi

tal-Gvern Lokali biex iwettqu l-Istrateġiji Kulturali

Reġjonali� Il-gvern jibqa’ impenjat li jappoġġja lill-

Kunsilli Reġjonali u l-kollaboraturi tagħhom biex

iwettqu dawn l-istrateġiji għax jemmen bis-sħiħ li

l-kultura hija komponent essenzjali tal-benesseri tal-

komunitajiet tagħna�

Ninkoraġġixxi lill-Kunsilli Reġjonali biex jikkollaboraw

bis-sħiħ mal-Kunsill Malti għall-Arti u jsarrfu dawn

l-istrateġiji f’azzjonijiet tanġibbli, effettivi u sostenibbli

li jħallu impatt pożittiv fuq il-Kunsilli Lokali, l-NGOs,

il-prattikanti kreattivi u l-partijiet ikkonċernati oħra

li huma involuti fis-setturi kulturali u kreattivi� Il-ġid

tal-wirt kulturali, id-diversità tal-komunitajiet tagħna u

t-talent eċċezzjonali tal-poplu tagħna huma assi għas-

sostenibbiltà tar-reġjuni tagħna� Flimkien, nistgħu

nassiguraw li l-iżvilupp tat-talent u tal-udjenza, u

l-innovazzjoni tal-patrimonju, stabbiliti bħala t-tliet

temi trasversali ta’ dawn l-istrateġiji, se jwasslu għal

aktar żvilupp kulturali kollaborattiv u mmexxi mill-

komunità f’Malta u Għawdex�

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

Natalino Attard,

Direttur Ġenerali għall-Gvern Lokali

Wara l-aħħar proċess tar-Riforma tal-Gvern Lokali, u l-emendi

tal-leġiżlazzjoni tal-Gvern Lokali, il-Kunsilli Reġjonali ssaħħitilhom

il-bażi legali tagħhom u ngħataw aktar responsabbiltajiet importanti,

fosthom l-inklużjoni ta’ sett ta’ funzjonijiet definiti fl-Att dwar il-Gvern

Lokali. Il-kultura hija stabbilita f’dan il-mandat legali ġdid li jagħti s-setgħa

lill-Kunsilli Reġjonali biex ikunu strumentali fl-iżvilupp kulturali reġjonali.

-Istrateġiji Kulturali Reġjonali huma maħsuba

li jħallu impatt pożittiv fuq l-inizjattivi kulturali

mmexxija mill-komunità u l-programmi li

jindirizzaw għanijiet amibizzjużi biex jippermettu liċ-

ċittadini kollha li jgħixu Malta u Għawdex jipparteċipaw

b’mod attiv fil-kultura� Waqt li nissalvagwardjaw u

nippromwovu l-patrimonju kulturali rikk tagħna,

għandna nassiguraw ukoll li l-espressjoni kreattiva hija

ffaċilitata u ċċelebrata madwar il-komunitajiet diversi�

Dawn l-istrateġiji se jservu bħala qafas għall-Kunsilli

Reġjonali biex jikkollaboraw mal-Kunsill Malti

għall-Arti u jimplimentaw pjan ambizzjuż li jsaħħaħ

programmi eżistenti u joħloq inizjattivi ġodda�

L-istrateġiji jfittxu wkoll li jtejbu l-koordinazzjoni

bejn Kunsilli Lokali differenti għal inizjattivi

kulturali u jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ opportunitajiet

għal kollaborazzjonijiet ġodda ma’ artisti, NGOs,

istituzzjonijiet kulturali u partijiet ikkonċernati oħra�

Nifraħ lill-Kunsilli Reġjonali għall-impenn tagħhom

biex jiżviluppaw dawn l-istrateġiji kulturali u

nirringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Arti talli beda

dan il-proċess magħna� Aħna nibqgħu impenjati li

nappoġġjaw it-twettiq tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali

permezz ta’ mezzi varji, imma wkoll permezz tal-

Iskema għal Attivitajiet Kulturali eżistenti u riżorsi

oħra li se jiġu allokati mill-gvern fis-snin li ġejjin�

Albert Marshall,

Ċermen Eżekuttiv, Kunsill Malti għall-Arti

Għall-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), dan il-proċess ta’ tmexxija

ta’ proġett lejn l-iżvilupp tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali kien

wieħed intwittiv, u dan filwaqt li kien hemm kollaborazzjoni u għalhekk

skambju ta’ għarfien mar-rappreżentanti tal-gvern reġjonali u lokali, diversi

organizzazzjonijiet, prattikanti kreattivi u partijiet ikkonċernati oħra.

an jirrifletti approċċ parteċipatorju għat-

twettiq ta’ politika kif ukoll enfasi strateġika

fuq il-komunitajiet diversi li jsawru

l-ekoloġija kulturali u kreattiva ta’ Malta� Il-viżjoni

u l-istrateġija tal-KMA se jibqgħu iffukati bis-sħiħ

fuq it-twettiq tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali,

waqt li jsostnu l-importanza tagħhom permezz

tal-integrazzjoni ta’ għanijiet strateġiċi relatati

speċifikament skont l-Istrateġija 2025 tal-KMA

li tnediet reċentament� Il-proċess konsultattiv, li

informa kemm lill-istrateġija msemmija kif ukoll

lill-Istrateġiji Kulturali Reġjonali, kien strumentali

fil-mod li l-Kunsill fittex jillokalizza l-prijoritajiet

stabbiliti fil-Politika Kulturali Nazzjonali� Din il-

politika hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Konvenzjoni

dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-

Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO tal-2005�

Il-kultura għandha rwol ċentrali fil-bini ta’

komunitajiet aktar b’saħħithom, sani u koeżivi,

waqt li tibqa’ integrali għas-soċjetajiet urbani u

rurali u katalista għall-iżvilupp sostenibbli� Dan

rifless f’numru ta’ Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

bħall-Għan 11, li jirreferi direttament għall-ħolqien

ta’ spazji pubbliċi inklussivi u l-protezzjoni tal-wirt

u l-prattiki kulturali� Huwa fi ħdan dan il-kuntest

li l-KMA stinka lejn it-tfassil ta’ dawn l-Istrateġiji

Kulturali Reġjonali u ħa l-approċċ strateġiku ġenerali

li jappoġġja lis-setturi kulturali u kreattivi fuq livell

lokali u reġjonali�

L-iskambju komunitarju u kulturali huwa wieħed

mill-pilastri ewlenin li l-KMA kien qed jappoġġja u

jiffaċilita permezz ta’ diversi inizjattivi strateġiċi u ta’

finanzjament� Ix-xogħol huwa kontinwament għaddej

biex joħloq possibbiltajiet għal spazji kulturali lokali

biex iservu bħala postijiet ta’ skambju kulturali�

Permezz tat-tnedija ta’ dawn l-istrateġiji qed jiġi

rikonoxxut il-bżonn li jsir aktar biex titrawwem

il-bażi ta’ assi kulturali distinti u diversi ta’ kull

reġjun f’Malta�

Fis-snin li ġejjin, l-KMA għandu l-intenzjoni li

jiżviluppa u jinvesti aktar f’dawn l-oqsma strateġiċi,

flimkien ma’ oħrajn bħall-intraprenditorija, ir-riċerka,

l-internazzjonalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-iżvilupp

kulturali� It-trikkib ma’ setturi oħra bħal dawk tas-

saħħa, l-ambjent u l-aspetti soċjali se jingħata aktar

prominenza fi tweġiba għal urġenzi internazzjonali�

Wieħed għandu jirrikonoxxi li fehim sottili tal-assi

kulturali lokali huwa kruċjali biex l-KMA jirnexxilu

jilħaq u jesplora territorju ġdid� Fid-dawl ta’ dan,

wieħed jitħeġġeġ li jara dawn l-istrateġiji jissarrfu

f’azzjoni flimkien mar-realizzazzjoni tal-għan

strateġiku tal-KMA li jappoġġja l-benesseri kulturali

tar-reġjuni Maltin fis-snin li ġejjin�

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

Clifford Galea,

President, Kunsill Reġjonali Tramuntana

Isma’, Oħloq, Imraħ – dawn huma l-prinċipji li jsejsu l-viżjoni

strateġika għas-snin li ġejjin tal-Kunsill Malti għall-Arti. Madankollu,

bħala Reġjun Tramuntana, ilna żmien mhux ħażin li ħadna dan l-approċċ.

-irħula tagħna huma kburin bl-identità lokali

qawwija tagħhom, li għandha għeruqha fl-

istorja ta’ Malta� Waqt li ħerqana għall-futur,

bħala Reġjun Tramuntana impenjati biex naħdmu

aktar qatigħ biex niddefinixxu, infasslu u nifhmu

l-identità tagħna, nikkomunikawha u nrawmu s-sens

ta’ appartenenza tagħna�

Biex nilħqu dan, irridu nsegwu strateġija robusta

li tħejjina biex niksbu suċċess fit-twettiq ta’ bidla

reali, li tispira lir-residenti tagħna u tinvolvihom

f’esperjenzi kulturali� Għalhekk, il-kokreazzjoni tal-

Istrateġija Kulturali Reġjonali mhix tragward faċli�

Is-suċċess tagħna f’dan jiddependi minna li nifhmu

x’jiddefinixxi r-reġjun tagħna, x’inhuma l-valuri

u l-għanijiet marbuta miegħu, kif ukoll x’inhuma

ħsibijietna, l-imġibiet u l-istandards tagħna�

Il-kultura hija parti kruċjali tal-identità tagħna�

Mingħajr il-kultura, ma jkollniex ruħ, u huwa għalhekk

li diġà ħadna miżuri biex insaħħu l-opportunitajiet

artistiċi u kulturali tagħna� Fit-tramuntana, iż-żewġ

pilastri ewlenin fl-irħula tagħna huma l-każini tal-

banda u l-organizzazzjonijiet tal-kmamar tan-nar, bit-

tnejn li huma elementi vitali fit-twessigħ ta’ kemm

titwassal il-kultura fost il-komunitajiet�

Magħqudin taħt il-bandiera tagħna, li hija

l-aktar simbolu rikonoxxut fir-reġjun, qed naraw

entużjażmu mqajjem mill-ġdid u eċitament madwar

il-komunitajiet lokali tagħna għall-identità u

l-opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu� Flimkien, se

niffjorixxu bħala r-Reġjun Tramuntana, u se nkomplu

nsaħħu l-passjoni tagħna fl-impenn tagħna għat-

twettiq tal-Istrateġija Kulturali tagħna �

Mary Ann Cauchi,

Direttur Fondi u Strateġija, Kunsill Malti għall-Arti

L-iżvilupp kulturali reġjonali u lokali huwa prijorità ewlenija

tal-Kunsill Malti għall-Arti biex jinċentivizza u jtejjeb aktar il-

valorizzazzjoni ta’ forom distinti ta’ espressjoni kulturali u kreattiva.

s-sitt Strateġiji Kulturali Reġjonali jiġbru trikkib

sostanzjali u objettivi strateġiċi distinti u

jipprovdu qafas rikonoxxut għall-kollaboraturi,

fosthom l-KMA, biex isostni u jiffaċilita dawn

ir-relazzjonijiet� Dawn jippermettu wkoll biex

jipprijoritizzaw u jistimulaw aktar il-vitalità kulturali

u kreattiva tar-reġjuni u l-lokalitajiet ta’ Malta, li

jinkludu fost oħrajn il-komunitajiet, il-prattiki, ir-

riżorsi u l-infrastruttura tagħhom�

Matul is-snin li ġejjin, l-KMA huwa impenjat biex

jappoġġja u jinvolvi ruħu mal-Kunsilli Reġjonali

permezz ta’ kollaborazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali,

l-organizzazzjonijiet, il-prattikanti kreattivi u partijiet

ikkonċernati oħra, biex l-inizjattivi jitmexxew

mill-komunitajiet� Permezz ta’ direzzjoni, faċiltar u

appoġġ strateġiku, l-impenn tal-KMA huwa rifless

f’aktar effiċjenza, aktar riżorsi u l-aħjar użu possibbli

tagħhom, u l-mobilizzazzjoni tal-proċessi biex jiġu

vvalorizzati aktar l-importanza tal-arti u l-kultura

fil-ħajja ta’ kuljum ta’ kulħadd� Il-kollaboraturi

involuti f’dan il-proċess huma impenjati jrawmu,

jipproteġu u jippromwovu d-diversità tal-espressjoni

kulturali, iżidu l-aċċessibbiltà u jinċentivizzaw il-

parteċipazzjoni attiva�

Diġà sar xogħol sinifikanti biex jitqiegħdu

l-pedamenti fl-aħħar stadji qabel it-tnedija u

sussegwentement it-twettiq tagħhom� Fost oħrajn,

dawn jinkludu it-twaqqif ta’ rwoli definiti b’mod

wiesa’ u strutturi biex jiffaċilitaw il-fehim tas-sisien

meħtieġa biex isostnu approċċ parteċipattiv� Wara

l-ħidma bla waqfien fil-ħolqien ta’ dawn l-istrateġiji,

proċess kontinwu ta’ familjarizzazzjoni intensiva

ppermetta lill-KMA jasal għal diversi objettivi

strateġiċi generiċi� Dawn huwa primarjament relatati

mat-tiswir tal-għarfien, ir-riċerka, it-titjib tal-

infrastruttura kulturali, l-iffaċilitar tal-ipprogrammar

u l-governanza kulturali lokali u reġjonali, u

l-iżvilupp ta’ strutturi ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ

kontinwu� Inizjattivi relatati ma’ ħolqien ta’ spazji,

innovazzjoni soċjali, il-kwalità tal-ambjent u d-disinn

urban kreattiv se jkunu ta’ prijorità u inċentivizzati�

Bl-istess mod, wieħed jista’ jiġbed l-attenzjoni

biex jeleva l-assi tal-komunità u l-infrastruttura

kulturali; jivviżwalizza possibbiltajiet ġodda għal

spazji; jgħaqqad komunitajiet; u joħloq u jsaħħaħ

opportunitajiet għal sħubijiet�

It-twettiq ta’ dawn l-istrateġiji huwa dipendenti

għalkollox mir-rieda u l-motivazzjoni tal-partijiet

ikkonċernati kollha li jaħdmu id f’id, jifhmu

prijoritajiet u objettivi differenti, jikkollaboraw u

jiġu appoġġjati� Il-ħolqien ta’ sitt strateġiji uniċi

huwa pass importanti fir-realizzazzjoni li kull

reġjun huwa distint u differenti u li l-proċessi

inizjali ta’ familjarizzazzjoni huma kruċjali biex

jiġu mifhuma l-uniċità tal-komunitajiet, u l-isfidi u

r-riżorsi tagħhom� It-triq li qed tinfetaħ quddiemna

daqskemm hija eċitanti hija ta’ sfida, imma l-KMA

se jistinka biex ikompli jisma’, jifhem u jikkollabora

biex isaħħaħ il-pożizzjoni tal-arti u l-kultura fi ħdan

il-komunitajiet u l-postijiet�

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

Daqs tar-Reġjun

82.07km2 (26%)

320km2 (Nazzjonali)

Rata ta' Tkabbir Annwali

Komposta tal-Popolazzjoni (CAGR)

2.60%

Lokalitajiet b'Bidliet

Sinifikanti

San Pawl il-Baħar 6.5%

Il-Mellieħa 3%

Popolazzjoni

87,370 (2008) — 118,588 (2020)

410,926 (Nazzjonali, 2008) 516,100 (Nazzjonali, 2020)

Ħarsa Ġenerali

Numru ta' Kunsilli Lokali

bi ftehim ta' ġemellaġġ

Teatri

Libreriji lokali

Elementi fl-inventarju tal-wirt kulturali

Elenki tal-Awtorità tal-Ippjanar

Organizzazzjoniijiet Volontarji

Kulturali reġistrati fir-reġjun

Organizzazzjoniijiet Volontarji

reġistrati fir-reġjun

Libreriji Reġjonali

Libreriji Reġjonali: 1

|

Post: Il-Mosta

Self ta' Kotba: 132,002

1,031,868 (Nazzjonali, 2019)

Riżorsi Kulturali

357

1,857 (Nazzjonali)

68

473 (Nazzjonali)

441

3,080 (Nazzjonali)

126

2,319 (Nazzjonali)

50 (Nazzjonali)

12

61 (Nazzjonali)

55 (Nazzjonali)

11

10

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

Qatt ma pparteċipaw u mhux interessati

Qatt ma pparteċipaw imma interessati

Aktar minn tliet snin ilu

Bejn sena u tliet snin ilu

Fl-aħħar 12-il xahar

% tal-popolazzjoni fir-reġjun

involuta b'mod attiv fil-festeġġamenti tal-Kunsilli Lokali

37.2

40.6

16.2

49

36

23.3

33.9

40.1

32.8 (Ntl.)

34.8 (Ntl.)

14.8 (Ntl.)

42 (Ntl.)

31.9 (Ntl.)

21.1 (Ntl.)

31.7 (Ntl.)

37.5 (Ntl.)

71.1

48.5

24.9

15

30.1

69.9 (Ntl.)

54.7 (Ntl.)

35.2 (Ntl.)

19.7 (Ntl.)

34.4 (Ntl.)

Spettaklu teatrali live

Kunċert / Spettaklu ta' mużika live

Spettaklu ta' żfin

Ċinema / spettakli artistiċi oħra

Arti viżiva u artiġjanat

Librerija/arkivji

Mużew

Sit storiku

Festi tal-parroċċa

Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira

u Drammi tal-Passjoni

Il-Karnival

Festi pubbliċi

Festivals tal-Kunsilli

Lokali

% tal-popolazzjoni fir-reġjun li tattendi

Parteċipazzjoni Kulturali

80.9

87 (Nazzjonali)

13

7.1 (Nazzjonali)

2.8

1.9 (Nazzjonali)

0.8

1.7 (Nazzjonali)

2.5

2.4 (Nazzjonali)

Attivitajiet tal-Kunsilli Lokali

fir-reġjun (2018)

30

Korsijiet offruti

127 (Nazzjonali)

€139,865

Nefqa totali fuq avvenimenti kulturali

minn baġit tal-Kunsilli Lokali

€1,072,078 (Nazzjonali)

€33,194

Dħul totali minn għotjiet u

sponsorships €440,408 (Nazzjonali)

12

Proġetti ta'

restawr

37 (Nazzjonali)

67%

Kollaborazzjonijiet

mal-NGOs lokali

54.10%

(Nazzjonali)

21

Avveniment

annwali

142 (Nazzjonali)

Li jsiru aktar

minn darba

7 (Nazzjonali)

Ta' darba

28 (Nazzjonali)

29

Avvenimenti

kulturali

177 (Nazzjonali)

13

12

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

1.

Introduzzjoni

L-istrateġija kulturali għar-Reġjun Tramuntana tiġbor it-temi kulturali u

l-prijoritajiet l-aktar importanti għar-reġjun mill-2022 ’il quddiem. Din l-istrateġija

kulturali, l-ewwel waħda għar-reġjun, kienet żviluppata mill-Kunsill Reġjonali, il-

Kunsilli Lokali, l-organizzazzjonijiet kulturali nongovernattivi, l-Organizzazzjonijiet

Kulturali Pubbliċi, il-prattikanti kulturali u r-residenti tal-lokalitajiet. Ir-Reġjun

Tramuntana jinkludi dawn il-lokalitajiet: il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta,

in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, Ħal Balzan, San Ġwann u l-Imtarfa.

l-proġett Provvista ta’ Żvilupp u

Implimentazzjoni ta’ Strateġija Kulturali

għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali huwa mmexxi

mill-Kunsill Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni

mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni

Kunsilli Lokali Malta� Dan jifforma parti mill-proġett

ESF�04�079 bl-isem Create 2020: Ninvestu fil-ħiliet

ta’ kapaċità kulturali u kreattivi fis-settur pubbliku

ta’ Malta finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew

Programm Operazzjonali II – Il-fondi strutturali u

ta’ investiment Ewropej 2014 – 2020 Ninvestu fir-

riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet

filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà� Ir-rata

ta’ konfinanzjament ta’ dan il-proġett hija 80% fondi

tal-UE u 20% fondi nazzjonali�

Din l-istrateġija:

→ Tesplora u tkejjel il-bażi tal-assi għall-kultura fir-

Reġjun Tramuntana�

→ Tipprovdi sommarju tal-assi kulturali ewlenin

tar-reġjun, tal-irwol distintiv li għandha l-kultura,

tanalizza n-nuqqasijiet, u tirrakkomanda bini u

tisħiħ ta’ kapaċitajiet biex il-kultura tieħu rwol

ewlieni fl-iżvilupp tar-reġjun�

→ Tressaq każ strateġiku għall-kultura – bħala

ingredjent vitali għas-soċjetà ċivili, għal tkabbir

inklussiv, u approċċi sostenibbli għall-komunità

u l-lokalità�

→ Tipprovdi opportunitajiet għall-kollaborazzjoni u

punt ta’ riferiment mar-reġjuni madwar l-Ewropa

– biex ir-reġjun jista’ jkun kemm pijunier kif ukoll

imsieħeb ta’ żvilupp immexxi mill-kultura bl-

aħjar prattika�

Ir-riċerka li hija l-pedament ta’ din l-istrateġija

involviet konsultazzjoni kwalitattiva estensiva

biex tfassal u tifhem l-assi kulturali tar-reġjun�

Dan inkluda analiżi dokumentattiva tal-assi

kulturali, stħarriġ, u perjodu ta’ diskussjoni kritika

u konsultazzjoni li pprovdew sett ta’ perspettivi

friski fuq l-irwol li tista’ tieħu l-kultura fit-tiswir tar-

reġjuni tal-Gżejjer Maltin� L-istrateġija tirrikonoxxi

l-kontribuzzjoni ta’ valur li l-kultura diġà tagħti

lir-reġjuni differenti, imma tenfasizza l-potenzjal

f’impenn u żvilupp usa’ li jistgħu jipprovdu futur aħjar

għal kulħadd�

L-għan ġenerali ta’ din l-istrateġija huwa li jagħmel

is-sitt reġjuni tal-Gżejjer Maltin aktar dinamiċi,

aktar miftuħa, aktar distinti, postijiet aktar pjaċevoli

biex tkun fihom, juża l-poter tal-kultura biex jibni

komunitajiet aktar b’saħħithom, aktar sani u aktar

koeżivi, li jiddiversifika u jsaħħaħ l-ekonomija,

jagħti ħajja mill-ġdid lill-patrimonju Malti u jgħin

jindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi li l-Gżejjer

Maltin jiffaċċaw� Għall-għanijiet ta’ din l-istrateġija,

il-kultura hija definita fl-aktar sens usa' b’mod li

tħaddan l-identitajiet u l-komunitajiet tagħna, il-

wirt kulturali tagħna, il-mużewijiet, is-swali lokali

tal-mużika, it-teatri, il-libreriji, il-festivals, il-festi,

l-avvenimenti u l-prattikanti kulturali – l-artisti, il-

makers, il-performers, il-mużiċisti, il-kittieba u dawk

kollha fil-firxa wiesgħa ta’ talenti kreattivi�

Biex tgħin tieħu kemm tista’ mill-valur u l-influwenza

tal-kultura madwar Malta u Għawdex u biex tiżgura

li l-poter tal-kultura huwa utilizzat biex jindirizza

l-isfidi soċjali u ekonomiċi reġjonali, din l-istrateġija

għandha l-għan li:

→ Trawwem għarfien aħjar tal-irwol u l-valur tal-

kultura, li tibni fuq punti eżistenti b’saħħithom u

tippromwovi wħud emerġenti�

→ Tippromwovi investiment kulturali ekwu biex

kulħadd jibbenefika minnu u jaċċessa l-kultura,

irrispettivament mill-età, il-ġeneru, l-etniċità u

elementi oħra ta’ diversità�

→ Tixpruna tiġdid tal-assi tal-wirt kulturali – kemm

dawk mibnija kif ukoll dawk “intanġibbli” – li

jinkludu l-knejjes, il-każini tal-baned, il-festi

u l-festivals�

→ Tinvesti f’komunitajiet aktar impenjati, aktar

attivi, aktar b’saħħithom, u aktar kuntenti fejn

il-parteċipazzjoni attiva tal-kbar u ż-żgħar

f’attivitajiet kulturali diversi tkun in-norma�

→ Tippromwovi u tappoġġja kultura ta’

għajxien b’saħħtu u l-benesseri fi ħdan il-

komunitajiet tagħna�

→ Tiffaċilita t-tkabbir professjonali u

s-sostenibbiltà tal-artisti, in-negozji kreattivi u

l-organizzazzjonijiet li jikbru b’mod li jilħqu udjenzi

u swieq ġodda u akbar, u li taċċessa talent aktar

divers u rappreżentattiv tar-reġjun�

→ Taċċessa talent aktar divers u

rappreżentattiv tar-reġjun�

→ Issaħħaħ l-ekonomija kulturali biex iżżid il-valur

fuq l-ekonomija ġenerali billi tikkontribwixxi lejn

l-industriji kreattivi, it-turiżmu, is-settur diġitali

u x-xjenza�

→ Ittejjeb l-identità u l-esperjenza reġjonali,

tagħmilhom aktar dinamiċi, distinti u postijiet

pjaċevoli biex tkun fihom�

Żeffiena Folkloristiċi. L-Imġarr. Ritratt ta’ George Abdilla

15

14

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

Festa Baned. Il-Mellieħa, 2021. Ritratt ta’ George Abdilla

2.

Ir-Razzjonal Strateġiku għall-Kultura

1

Convention for the Protection and Promotion of a Diversity of Cultural Expressions (UNESCO, 2005)� Ara t-test sħiħ: https://en�unesco�

org/creativity/convention�

2

A New Narrative for Europe - The EESC resolution on the Conference on the Future of Europe (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

2021)� Ara t-test sħiħ: https://www�eesc�europa�eu/en/our-work/publications-other-work/publications/new-narrative-europe-eesc-

resolution-conference-future-europe

Il-UNESCO (2005)1 targumenta li t-tqegħid tal-kultura fil-qalba

tal-istrateġiji tagħna huwa kemm l-azzjoni li tippermetti żvilupp

sostenibbli kif ukoll mezz b’saħħtu li jixpruna l-kisba tagħha.

Il-UNESCO tafferma li:

→ Il-kultura, li tinkludi b’mod sħiħ il-patrimonju

(tanġibbli u intanġibbli) u l-industriji kreattivi,

għandha rwol kritiku fis-soċjetajiet urbani u rurali u

hija integrali għall-identità tagħhom waqt li ssejjes

id-dinamiżmu tagħhom�

→ L-industriji kulturali u kreattivi jistgħu jkunu

katalisti vitali għall-iżvilupp u t-tiġdid għax

jipprovdu aċċess għax-xogħol, jintroduċu enerġija

kontemporanja, itejbu l-identità ta’ soċjetà u jgħinu

joħolqu postijiet aktar attraenti fejn tgħix, taħdem,

tinvesti u żżur�

→ Politika urbana u kulturali msejsa fuq il-patrimonju

tikkontribwixxi wkoll għall-mitigazzjoni u

l-adattament fil-bidla fil-klima, minħabba li

l-konservazzjoni tal-istruttura eżistenti (mibnija

fuq tekniċi tradizzjonali, materja u ħiliet lokali)

tirrispetta aktar l-ambjent mit-tkissir u l-bini mill-

ġdid tagħha�

Bl-istess mod, il-Kummissjoni Ewropea2 tistabbilixxi

l-irwol essenzjali li l-kultura għandha fl-iżvilupp

lokali, partikolarment fit-tnaqqis ta’ distakk fl-

opportunitajiet bejn partijiet differenti tal-Ewropa�

L-Unjoni Ewropea hija:

fundamentalment proġett politiku u kulturali msejjes

fuq valuri umanisti b’saħħithom. Il-fatt hu li n-nisġa tal-

istorja Ewropea, id-diversità rikka tal-kultura Ewropea

u r-riservi ta’ kreattività Ewropea huma wħud mill-aktar

karti importanti li nżommu f’idejna meta niġu għall-bini

ta’ futur Ewropew sinjur. Huwa b’ideat ġodda, kunċetti

ġodda u proġetti ġodda li nistgħu nqumu għall-okkażjoni

biex nagħmlu l-futur tagħna realtà. U huwa għalhekk li

l-Kummissjoni Ewropea tiddefendi Ewropa li tinvesti fil-

kultura, fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-innovazzjoni. Dawn

huma investimenti fit-tkabbir, impjiegi u koeżjoni soċjali

tal-ġejjieni.

A New Narrative for Europe (KESE, 2013)

Kull reġjun tal-Gżejjer Maltin għandu bażi ta’ assi

kulturali distintiva u diversa� Ir-reġjuni kollha

għandhom xenarju b’saħħtu ta’ wirt kulturali, ħafna

drabi konċettwalizzat f’termini ta’ binjiet storiċi,

festi, każini tal-baned u approċċi tradizzjonali

għall-mużika, is-snajja’, l-agrikoltura u l-kċina� Dawn

il-kulturi huma ħafna drabi marbuta ma’ postijiet

speċifiċi – villaġġi, irħula, saħansitra ma’ nħawi�

Permezz tal-bażi tat-talenti tal-poplu, l-enerġija

tal-komunitajiet u permezz ta’ perspettivi friski li

popolazzjoni dejjem aktar diversa ġġib magħha,

kull reġjun għandu xenarju kulturali affaxxinanti

u f’xi każijiet kontemporanjament dinamiku� Issa

l-opportunità hija li nirrikonoxxu u niċċelebraw dawn

l-assi kulturali, li nkunu onesti u miftuħa fuq id-

distakki u l-isfidi li għandna, u li niżviluppaw proċess

strateġiku li fih il-kultura jista’ jkollha rwol ewlieni

fil-futur soċjali, ekonomiku, u ambjentali tar-reġjuni

tal-Gżejjer Maltin�

17

Il-Kunsill Malti għall-Arti

16

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

2.1.

Il-funzjonijiet legali u l-eżiti strateġiċi

Din l-istrateġija tirrifletti l-funzjonijiet tal-Kunsilli Reġjonali kif

deskritt fl-Att dwar il-Gvern Lokali (ATT Nru XIV tal-2019).

Il-funzjoni legali

L-eżitu ġenerali fil-qasam tal-kultura

identifikat fl-istrateġija

L-aspett soċjali, li jinkludi riċerka u evalwazzjoni tal-impatt soċjali.

Dan ir-rapport għandu jinkiteb fl-ewwel sena ta’ kull leġiżlatura.

Din l-istrateġija hija bbażata fuq l-evidenza miġbura mir-

riċerka estensiva kwalitattiva u kwantitattiva li saret

bħala parti mill-proċess� Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

huma integrati bħala eżitu tal-istrateġija�

L-għoti ta’ għajnuna lill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-

reġjun, liema għajnuna tinkludi l-provvista ta’ servizzi

professjonali li għandhom x'jaqsmu mas-is-setturi

ambjentali, soċjali, kulturali, turistiċi u l-informatika.

Għajnuna mir-reġjun fil-qasam tal-kultura hija mniżżla fir-

riżultati tanġibbli tal-istrateġija, li tipprijoritizza l-irwol

tar-reġjun bħala faċilitatur tal-iżvilupp kulturali�

L-għoti ta’ għajnuna lill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun biex

tgħinhom jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea u jmexxu

b’suċċess programmi li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

L-għanijiet imressqa f’dan id-dokument jistgħu jservu bħala

bażi strateġika għall-identifikazzjoni tal-proġetti kulturali li

jistgħu jiġu kofinanzjati mill-programmi tal-Unjoni Ewropea�

Il-koordinazzjoni ma’ Kunsilli Lokali f’attivitajiet u inizjattivi

sportivi u fiżiċi, inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mal-benesseri.

Il-kultura bħala inċentiv għall-attività fiżika u l-benesseri taċ-

ċittadini ġiet integrata fl-istrateġija bħala riżultat tanġibbli�

Il-koordinazzjoni ma’ ministeri, dipartimenti u entitajiet

governattivi li jiffaċilitaw ix-xogħol tal-Kunsilli Lokali.

L-istrateġija ssejjaħ għal kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-

ministeru responsabbli mill-kultura, il-Kunsill Malti għall-Arti u

l-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi sabiex tiżgura suċċess�

Li jagħtu opinjoni rigward il-Pjan Lokali li se tkun

mehmuża mar-rapport imressaq lill-Kamra.

Is-sostennibbiltà urbana u rurali permezz tal-kultura u

l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali huma identifikati bħala

komponenti strateġiċi ewlenin li jimpattaw il-Pjanijiet Lokali�

Il-preparazzjoni ta’ Pjan ta’ Ħidma annwali li jidentifika ir-

riżorsi finanzjarji u umani li r-reġjun għandu bżonn.

It-twettiq tal-istrateġija hija mehmuża mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni

annwali mwettqa mir-reġjun u l-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun�

2.1.1. L-irwol tal-Kunsilli Reġjonali u Lokali

L-istrateġija tikkunsidra l-obbligu legali tal-Kunsilli

Reġjonali li jipprovdu lill-Kunsilli Lokali b’għajnuna

biex jindirizzaw il-funzjonijiet kulturali tagħhom kif

deskritt fl-Att dwar il-Gvern Lokali, jiġifieri li:

→ Jipprovdu għat-twaqqif, iż-żamma u

l-manutenzjoni taċ-ċentri kulturali�

→ Jamministraw libreriji lokali bħala parti minn

skema nazzjonali u jassiguraw li huma aċċessibbli

kemm jista’ jkun għal kulħadd�

→ Jissalvagwardjaw l-identità lokali u jieħdu l-miżuri

neċessarji biex jissalvagwardjaw il-patrimonju

storiku u kulturali, it-tradizzjonijiet u l-folklor�

→ Jestendu l-għajnuna lill-artisti fil-lokalità tagħhom

biex jgħinuhom jiżviluppaw it-talenti tagħhom�

→ Jorganizzaw attivitajiet kulturali li jippromwovu

l-lokalità b’kwalunkwe mod possibbli�

→ Jippromwovu l-kunċett ta’ tagħlim matul il-ħajja

mar-residenti kollha, partikolarment mal-adulti u

l-anzjani, billi jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim

matul il-ħajja fil-lokalità�

Waqt li l-benesseri, is-sostennibbiltà u

d-deċentralizzazzjoni ġew aktar viżibbli fil-Politika

Kulturali Nazzjonali (PKN) 2021 (Ministeru għall-

Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, 2021), l-irwol

ta’ tmexxija tal-Kunsilli Reġjonali u Lokali f’dan il-

proċess se jsir saħansitra aktar importanti�

Il-PKN 2021 tiddikjara li l-mandat kulturali tal-Kunsilli

Reġjonali u Lokali se jitwessa’ biex jinkludi tmexxija

mtejba tar-riżorsi għall-infrastruttura kulturali

lokali u l-wirt kulturali u inizjattivi għal innovazzjoni

kulturali u impenn fi ħdan il-komunità (Ministeru

għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, 2021)�

Il-PKN tirrikonoxxi l-bżonn li timplimenta Strateġiji

Kulturali Reġjonali permezz ta’ introduzzjoni

ta’ proċeduri amministrattivi koerenti għall-

ġestjoni u l-koġestjoni ta’ avvenimenti kulturali u

programmi edukattivi� Dawn jinkludu programmi ta’

tagħlim matul il-ħajja li jirriflettu l-bżonnijiet tal-

komunità, li jikkunsidraw il-bidliet fid-demografija

u l-popolazzjoni f’reġjuni differenti f’dawn l-aħħar

ftit snin� F’reġjuni b’konċentrazzjoni għolja ta’

residenti mhux Maltin, il-Kunsilli Reġjonali għandhom

speċifikament joħolqu programmi li huma mfassla

eżattament għal din il-bidla bil-għan li jintegraw lir-

residenti kollha fi ħdan ir-reġjuni�

Minkejja l-karatteristiċi distinti tar-reġjuni, il-PKN

2021 tappoġġja wkoll miżuri għal kollaborazzjoni u

networking bejn ir-reġjuni fit-tfassil tal-programmi

kulturali tagħhom, il-ġestjoni tagħhom tal-wirt

kulturali, il-kontribuzzjoni tagħhom fir-restawr tal-

faċċati u l-isforzi tagħhom għal ġestjoni sostenibbli

tal-ambjent kulturali�

Din l-istrateġija tibni fuq il-prijoritajiet nazzjonali li

jinkludu titjib tal-aċċess kulturali u l-parteċipazzjoni

taċ-ċittadini, tappoġġja d-diversità kulturali

u l-integrazzjoni u tibni sħubijiet ġodda bejn

istituzzjonijiet kulturali pubbliċi, reġjuni u NGOs

kulturali bill tindirizza miżuri strateġiċi li jittrattaw

l-isfidi speċifiċi, li jidentifikaw ukoll il-punti

b’saħħithom u l-elementi uniċi tal-lokalitajiet fi

ħdan ir-reġjun li jistgħu jitpoġġew fil-vetrina� Il-

PKN tirrifletti wkoll fuq kif il-kultura u l-arti jistgħu

jwieżnu, jappoġġjaw u jsostnu attività speċifika fit-

turiżmu lokali, l-edukazzjoni, l-ekonomija u s-saħħa�

Ir-reġjuni jistgħu, permezz ta’ approċċ koordinat u

ambizzjuż għal sħubija u investiment, jiġu mogħnija

permezz ta’ bini fuq l-assi kulturali tagħhom,

isaħħu s-sħubijiet, jiżviluppaw kapaċità fl-għarfien

u l-ħiliet, jippjanaw proġetti għat-tul taż-żmien, u

jinkoraġġixxu tipi ġodda ta’ kultura li jiffjorixxu biex

it-tradizzjoni u l-innovazzjoni jkunu jistgħu jimxu

id f’id�

Il-Kunsilli Reġjonali, permezz tal-ispirazzjoni mill-

għarfien u l-esperjenzi ta’ nies li jaħdmu bla heda

għal-lokalitajiet u l-evidenza b’saħħitha li ħarġet mir-

riċerka, huma fdati li jippermettu l-iżvilupp kulturali

fir-reġjun permezz tal-qafas strateġiku u riżorsi oħra

li jistgħu jiġu megħjuna fuq livell kemm nazzjonali kif

ukoll Ewropew� Din l-istrateġija hija mfassla fuq tliet

temi trasversali li huma komuni għar-reġjuni kollha u

tintroduċi wkoll prijoritajiet għal kull reġjun�

Reġjun Tramuntana Festival Internazzjonali tal-Korijiet. 2019. Ritratt ta’ George Abdilla

19

18

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31 32

Made with Publuu - flipbook maker