Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

nofs (67%) kienu ġestiti flimkien ma’ NGOs lokali

waqt li l-bqija (33%) kienu organizzati mill-Kunsilli

Lokali waħedhom.

Ir-riżultati tal-istħarriġ urew ukoll li ġeneralment

il-Kunsilli Lokali fir-reġjun iħossu livell għoli ta’

sjieda tal-assi lokali. Dan jista’ jkun minħabba li

jmexxu waħedhom jew f’kollaborazzjoni ma’ xi

ħaddieħor ħafna mis-siti storiċi u l-ispazji pubbliċi

fir-reġjun. Dan huwa wkoll evidenti fit-tweġibiet li

r-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali taw fl-istħarriġ,

fejn urew li jħossuhom mogħtija s-setgħa biex

jindirizzaw prijoritajiet kulturali tal-lokalità.

F’termini ta’ attendenza għall-wirjiet tal-arti, libreriji,

kunċerti u spettakli live, ir-Reġjun Tramuntana

jirreġistra l-akbar persentaġġ mir-reġjuni kollha

(36%) (Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, 2017).

L-aktar livelli baxxi ta’ attendenza kienu għal

spettakli ta’ żfin (16%); persentaġġ li xorta huwa

ogħla mill-medja nazzjonali. Il-parteċipazzjoni

ġenerali f’attivitajiet tradizzjonali bħall-

purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, il-Festi Nazzjonali

Pubbliċi, u l-Karnival, li kienet anqas mill-medja,

tista’ tkun spjegata parzjalment mill-fatt li fir-reġjun

hemm numru kbir ta’ residenti mhux Maltin.

24

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana