5.
L-Azzjonijiet ta’ Prijorità għal
Żvilupp immexxi mill-Kultura
fir-Reġjun Tramuntana
L-azzjonijiet identifikati mill-oqsma prijoritarji jindirizzaw dawn l-għanijiet:
Ir-Reġjun jieħu rwol li jiffaċilita żvilupp kulturali.
Żieda ta’ kollaborazzjonijiet ma’ NGOs kulturali lokali, il-prattikanti fil-qasam kreattiv
u partijiet ikkonċernati oħra, fl-avvenimenti organizzati mill-Kunsilli Lokali.
Titjib ta’ konnessjonijiet ma’ komunitajiet diversi li jimbuttawhom
biex jinvolvu ruħhom fil-ħajja kulturali tar-reġjun.
Żvilupp tal-potenzjal tat-turiżmu kulturali lejn sostenibbiltà
ambjentali aħjar fiż-żoni rurali u urbani.
Promozzjoni tal-wirt mibni u naturali tar-reġjun permezz ta’ sostenn ta’ appoġġ għall-
protezzjoni tiegħu u l-koordinazzjoni ta’ użu diversifikat għal għanijiet kulturali.
27
Il-Kunsill Malti għall-Arti