Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

Mary Ann Cauchi,

Direttur Fondi u Strateġija, Kunsill Malti għall-Arti

L-iżvilupp kulturali reġjonali u lokali huwa prijorità ewlenija

tal-Kunsill Malti għall-Arti biex jinċentivizza u jtejjeb aktar il-

valorizzazzjoni ta’ forom distinti ta’ espressjoni kulturali u kreattiva.

s-sitt Strateġiji Kulturali Reġjonali jiġbru trikkib

sostanzjali u objettivi strateġiċi distinti u

jipprovdu qafas rikonoxxut għall-kollaboraturi,

fosthom l-KMA, biex isostni u jiffaċilita dawn

ir-relazzjonijiet. Dawn jippermettu wkoll biex

jipprijoritizzaw u jistimulaw aktar il-vitalità kulturali

u kreattiva tar-reġjuni u l-lokalitajiet ta’ Malta, li

jinkludu fost oħrajn il-komunitajiet, il-prattiki, ir-

riżorsi u l-infrastruttura tagħhom.

Matul is-snin li ġejjin, l-KMA huwa impenjat biex

jappoġġja u jinvolvi ruħu mal-Kunsilli Reġjonali

permezz ta’ kollaborazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali,

l-organizzazzjonijiet, il-prattikanti kreattivi u partijiet

ikkonċernati oħra, biex l-inizjattivi jitmexxew

mill-komunitajiet. Permezz ta’ direzzjoni, faċiltar u

appoġġ strateġiku, l-impenn tal-KMA huwa rifless

f’aktar effiċjenza, aktar riżorsi u l-aħjar użu possibbli

tagħhom, u l-mobilizzazzjoni tal-proċessi biex jiġu

vvalorizzati aktar l-importanza tal-arti u l-kultura

fil-ħajja ta’ kuljum ta’ kulħadd. Il-kollaboraturi

involuti f’dan il-proċess huma impenjati jrawmu,

jipproteġu u jippromwovu d-diversità tal-espressjoni

kulturali, iżidu l-aċċessibbiltà u jinċentivizzaw il-

parteċipazzjoni attiva.

Diġà sar xogħol sinifikanti biex jitqiegħdu

l-pedamenti fl-aħħar stadji qabel it-tnedija u

sussegwentement it-twettiq tagħhom. Fost oħrajn,

dawn jinkludu it-twaqqif ta’ rwoli definiti b’mod

wiesa’ u strutturi biex jiffaċilitaw il-fehim tas-sisien

meħtieġa biex isostnu approċċ parteċipattiv. Wara

l-ħidma bla waqfien fil-ħolqien ta’ dawn l-istrateġiji,

proċess kontinwu ta’ familjarizzazzjoni intensiva

ppermetta lill-KMA jasal għal diversi objettivi

strateġiċi generiċi. Dawn huwa primarjament relatati

mat-tiswir tal-għarfien, ir-riċerka, it-titjib tal-

infrastruttura kulturali, l-iffaċilitar tal-ipprogrammar

u l-governanza kulturali lokali u reġjonali, u

l-iżvilupp ta’ strutturi ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ

kontinwu. Inizjattivi relatati ma’ ħolqien ta’ spazji,

innovazzjoni soċjali, il-kwalità tal-ambjent u d-disinn

urban kreattiv se jkunu ta’ prijorità u inċentivizzati.

Bl-istess mod, wieħed jista’ jiġbed l-attenzjoni

biex jeleva l-assi tal-komunità u l-infrastruttura

kulturali; jivviżwalizza possibbiltajiet ġodda għal

spazji; jgħaqqad komunitajiet; u joħloq u jsaħħaħ

opportunitajiet għal sħubijiet.

It-twettiq ta’ dawn l-istrateġiji huwa dipendenti

għalkollox mir-rieda u l-motivazzjoni tal-partijiet

ikkonċernati kollha li jaħdmu id f’id, jifhmu

prijoritajiet u objettivi differenti, jikkollaboraw u

jiġu appoġġjati. Il-ħolqien ta’ sitt strateġiji uniċi

huwa pass importanti fir-realizzazzjoni li kull

reġjun huwa distint u differenti u li l-proċessi

inizjali ta’ familjarizzazzjoni huma kruċjali biex

jiġu mifhuma l-uniċità tal-komunitajiet, u l-isfidi u

r-riżorsi tagħhom. It-triq li qed tinfetaħ quddiemna

daqskemm hija eċitanti hija ta’ sfida, imma l-KMA

se jistinka biex ikompli jisma’, jifhem u jikkollabora

biex isaħħaħ il-pożizzjoni tal-arti u l-kultura fi ħdan

il-komunitajiet u l-postijiet.

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana