Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

Biex tgħin tieħu kemm tista’ mill-valur u l-influwenza

tal-kultura madwar Malta u Għawdex u biex tiżgura

li l-poter tal-kultura huwa utilizzat biex jindirizza

l-isfidi soċjali u ekonomiċi reġjonali, din l-istrateġija

għandha l-għan li:

→Trawwem għarfien aħjar tal-irwol u l-valur tal-

kultura, li tibni fuq punti eżistenti b’saħħithom u

tippromwovi wħud emerġenti.

→Tippromwovi investiment kulturali ekwu biex

kulħadd jibbenefika minnu u jaċċessa l-kultura,

irrispettivament mill-età, il-ġeneru, l-etniċità u

elementi oħra ta’ diversità.

→Tixpruna tiġdid tal-assi tal-wirt kulturali – kemm

dawk mibnija kif ukoll dawk “intanġibbli” – li

jinkludu l-knejjes, il-każini tal-baned, il-festi

u l-festivals.

→Tinvesti f’komunitajiet aktar impenjati, aktar

attivi, aktar b’saħħithom, u aktar kuntenti fejn

il-parteċipazzjoni attiva tal-kbar u ż-żgħar

f’attivitajiet kulturali diversi tkun in-norma.

→Tippromwovi u tappoġġja kultura ta’

għajxien b’saħħtu u l-benesseri fi ħdan il-

komunitajiet tagħna.

→Tiffaċilita t-tkabbir professjonali u

s-sostenibbiltà tal-artisti, in-negozji kreattivi u

l-organizzazzjonijiet li jikbru b’mod li jilħqu udjenzi

u swieq ġodda u akbar, u li taċċessa talent aktar

divers u rappreżentattiv tar-reġjun.

→Taċċessa talent aktar divers u

rappreżentattiv tar-reġjun.

→Issaħħaħ l-ekonomija kulturali biex iżżid il-valur

fuq l-ekonomija ġenerali billi tikkontribwixxi lejn

l-industriji kreattivi, it-turiżmu, is-settur diġitali

u x-xjenza.

→Ittejjeb l-identità u l-esperjenza reġjonali,

tagħmilhom aktar dinamiċi, distinti u postijiet

pjaċevoli biex tkun fihom.

Żeffiena Folkloristiċi. L-Imġarr. Ritratt ta’ George Abdilla

15

Il-Kunsill Malti għall-Arti