L-Opportunitajiet
It-Theddidiet
→Attivitajiet immirati għal viżitaturi internazzjonali – il-preġji
tar-reġjun jistgħu jservu ta' pjattaforma ideali għal attivitajiet
speċifiċi u jiffaċilitaw dimensjoni akbar internazzjonali.
Dan jista’ jiġġenera dħul permezz ta’ turiżmu kulturali u jżid
opportunitajiet għal skambju internazzjonali.
→It-turiżmu lokali – is-siti varji ta’ patrimonju, il-medda sostanzjali
ta’ kampanja, l-ekonomija agrarja u l-attrazzjonijiet tal-baħar
jistgħu kollha kemm huma jipprovdu opportunitajiet ta' qsim
komuni bejn ir-residenti u l-viżitaturi. Diversità kulturali
rikka bħal din tista’ twassal għal strateġija aktar speċifika, li
twassal għal avvenimenti marbuta ma’ siti u demografiji ta’
udjenzi speċifiċi.
→L-użu ta’ teatri, libreriji u swali tal-kunsill disponibbli –
l-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi li huma disponibbli għal-
lokalitajiet jistgħu jintużaw aħjar mill-komunità u mill-kreattivi
biex jiżviluppaw inizjattivi adattati għar-reġjun. Spazji pubbliċi
mmexxija mill-Kunsilli Lokali jistgħu jservu bħala postijiet ideali
biex jiġu organizzati sessjonijiet ta’ qsim ta’ għarfien u tlaqqigħ.
→Hemm persentaġġ għoli ta’ residenti interessati li jkunu involuti
fl-avvenimenti kulturali li jiġu organizzati – l-Istħarriġ dwar il-
Parteċipazzjoni Kulturali (Kunsill Malti għall-Arti, 2017) żvela li
hemm evidenza ta’ interess qawwi fil-komunità biex din tinvolvi
ruħha f’attivitajiet kulturali diversi. Pjan kulturali aktar inklussiv,
imfassal permezz tal-involviment dirett tal-partijiet ikkonċernati
lokali, jista’ jħeġġeġ involviment u parteċipazzjoni akbar.
→Żvilupp qawwi – iż-żieda rapida riċenti fil-popolazzjoni poġġiet
pressjoni fuq ir-riżorsi diġà limitati tal-lokalitajiet, bir-riskju li
riżorsi oħra madwar ir-reġjun jiġu abbandunati.
→Żieda fl-ammont ta’ persuni f’riskju ta’ povertà u privazzjoni
soċjali – dan jagħmel l-iżvilupp ta’ attivitajiet kulturali inklussivi
u parteċipatorji u l-imbuttar ’il quddiem tal-kultura bħala riżorsa
ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku aktar importanti.
Pjazza Toni Bajada nhar it-8 ta’ Settembru. In-
Naxxar, 2022. Ritratt ta’ Clifford Galea
26
Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana