2.1.
Il-funzjonijiet legali u l-eżiti strateġiċi
Din l-istrateġija tirrifletti l-funzjonijiet tal-Kunsilli Reġjonali kif
deskritt fl-Att dwar il-Gvern Lokali (ATT Nru XIV tal-2019).
Il-funzjoni legali
L-eżitu ġenerali fil-qasam tal-kultura
identifikat fl-istrateġija
L-aspett soċjali, li jinkludi riċerka u evalwazzjoni tal-impatt soċjali.
Dan ir-rapport għandu jinkiteb fl-ewwel sena ta’ kull leġiżlatura.
Din l-istrateġija hija bbażata fuq l-evidenza miġbura mir-
riċerka estensiva kwalitattiva u kwantitattiva li saret
bħala parti mill-proċess. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
huma integrati bħala eżitu tal-istrateġija.
L-għoti ta’ għajnuna lill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-
reġjun, liema għajnuna tinkludi l-provvista ta’ servizzi
professjonali li għandhom x'jaqsmu mas-is-setturi
ambjentali, soċjali, kulturali, turistiċi u l-informatika.
Għajnuna mir-reġjun fil-qasam tal-kultura hija mniżżla fir-
riżultati tanġibbli tal-istrateġija, li tipprijoritizza l-irwol
tar-reġjun bħala faċilitatur tal-iżvilupp kulturali.
L-għoti ta’ għajnuna lill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun biex
tgħinhom jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea u jmexxu
b’suċċess programmi li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
L-għanijiet imressqa f’dan id-dokument jistgħu jservu bħala
bażi strateġika għall-identifikazzjoni tal-proġetti kulturali li
jistgħu jiġu kofinanzjati mill-programmi tal-Unjoni Ewropea.
Il-koordinazzjoni ma’ Kunsilli Lokali f’attivitajiet u inizjattivi
sportivi u fiżiċi, inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mal-benesseri.
Il-kultura bħala inċentiv għall-attività fiżika u l-benesseri taċ-
ċittadini ġiet integrata fl-istrateġija bħala riżultat tanġibbli.
Il-koordinazzjoni ma’ ministeri, dipartimenti u entitajiet
governattivi li jiffaċilitaw ix-xogħol tal-Kunsilli Lokali.
L-istrateġija ssejjaħ għal kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-
ministeru responsabbli mill-kultura, il-Kunsill Malti għall-Arti u
l-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi sabiex tiżgura suċċess.
Li jagħtu opinjoni rigward il-Pjan Lokali li se tkun
mehmuża mar-rapport imressaq lill-Kamra.
Is-sostennibbiltà urbana u rurali permezz tal-kultura u
l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali huma identifikati bħala
komponenti strateġiċi ewlenin li jimpattaw il-Pjanijiet Lokali.
Il-preparazzjoni ta’ Pjan ta’ Ħidma annwali li jidentifika ir-
riżorsi finanzjarji u umani li r-reġjun għandu bżonn.
It-twettiq tal-istrateġija hija mehmuża mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni
annwali mwettqa mir-reġjun u l-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-reġjun.
Reġjun Tramuntana Festival Internazzjonali tal‑Korijiet. 2019. Ritratt ta’ George Abdilla
18
Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana