Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

Clifford Galea,

President, Kunsill Reġjonali Tramuntana

Isma’, Oħloq, Imraħ – dawn huma l-prinċipji li jsejsu l-viżjoni

strateġika għas-snin li ġejjin tal-Kunsill Malti għall-Arti. Madankollu,

bħala Reġjun Tramuntana, ilna żmien mhux ħażin li ħadna dan l-approċċ.

-irħula tagħna huma kburin bl-identità lokali

qawwija tagħhom, li għandha għeruqha fl-

istorja ta’ Malta. Waqt li ħerqana għall-futur,

bħala Reġjun Tramuntana impenjati biex naħdmu

aktar qatigħ biex niddefinixxu, infasslu u nifhmu

l-identità tagħna, nikkomunikawha u nrawmu s-sens

ta’ appartenenza tagħna.

Biex nilħqu dan, irridu nsegwu strateġija robusta

li tħejjina biex niksbu suċċess fit-twettiq ta’ bidla

reali, li tispira lir-residenti tagħna u tinvolvihom

f’esperjenzi kulturali. Għalhekk, il-kokreazzjoni tal-

Istrateġija Kulturali Reġjonali mhix tragward faċli.

Is-suċċess tagħna f’dan jiddependi minna li nifhmu

x’jiddefinixxi r-reġjun tagħna, x’inhuma l-valuri

u l-għanijiet marbuta miegħu, kif ukoll x’inhuma

ħsibijietna, l-imġibiet u l-istandards tagħna.

Il-kultura hija parti kruċjali tal-identità tagħna.

Mingħajr il-kultura, ma jkollniex ruħ, u huwa għalhekk

li diġà ħadna miżuri biex insaħħu l-opportunitajiet

artistiċi u kulturali tagħna. Fit-tramuntana, iż-żewġ

pilastri ewlenin fl-irħula tagħna huma l-każini tal-

banda u l-organizzazzjonijiet tal-kmamar tan-nar, bit-

tnejn li huma elementi vitali fit-twessigħ ta’ kemm

titwassal il-kultura fost il-komunitajiet.

Magħqudin taħt il-bandiera tagħna, li hija

l-aktar simbolu rikonoxxut fir-reġjun, qed naraw

entużjażmu mqajjem mill-ġdid u eċitament madwar

il-komunitajiet lokali tagħna għall-identità u

l-opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu. Flimkien, se

niffjorixxu bħala r-Reġjun Tramuntana, u se nkomplu

nsaħħu l-passjoni tagħna fl-impenn tagħna għat-

twettiq tal-Istrateġija Kulturali tagħna .

Il-Kunsill Malti għall-Arti