Natalino Attard,
Direttur Ġenerali għall-Gvern Lokali
Wara l-aħħar proċess tar-Riforma tal-Gvern Lokali, u l-emendi
tal-leġiżlazzjoni tal-Gvern Lokali, il-Kunsilli Reġjonali ssaħħitilhom
il-bażi legali tagħhom u ngħataw aktar responsabbiltajiet importanti,
fosthom l-inklużjoni ta’ sett ta’ funzjonijiet definiti fl-Att dwar il-Gvern
Lokali. Il-kultura hija stabbilita f’dan il-mandat legali ġdid li jagħti s-setgħa
lill-Kunsilli Reġjonali biex ikunu strumentali fl-iżvilupp kulturali reġjonali.
-Istrateġiji Kulturali Reġjonali huma maħsuba
li jħallu impatt pożittiv fuq l-inizjattivi kulturali
mmexxija mill-komunità u l-programmi li
jindirizzaw għanijiet amibizzjużi biex jippermettu liċ-
ċittadini kollha li jgħixu Malta u Għawdex jipparteċipaw
b’mod attiv fil-kultura. Waqt li nissalvagwardjaw u
nippromwovu l-patrimonju kulturali rikk tagħna,
għandna nassiguraw ukoll li l-espressjoni kreattiva hija
ffaċilitata u ċċelebrata madwar il-komunitajiet diversi.
Dawn l-istrateġiji se jservu bħala qafas għall-Kunsilli
Reġjonali biex jikkollaboraw mal-Kunsill Malti
għall-Arti u jimplimentaw pjan ambizzjuż li jsaħħaħ
programmi eżistenti u joħloq inizjattivi ġodda.
L-istrateġiji jfittxu wkoll li jtejbu l-koordinazzjoni
bejn Kunsilli Lokali differenti għal inizjattivi
kulturali u jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ opportunitajiet
għal kollaborazzjonijiet ġodda ma’ artisti, NGOs,
istituzzjonijiet kulturali u partijiet ikkonċernati oħra.
Nifraħ lill-Kunsilli Reġjonali għall-impenn tagħhom
biex jiżviluppaw dawn l-istrateġiji kulturali u
nirringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Arti talli beda
dan il-proċess magħna. Aħna nibqgħu impenjati li
nappoġġjaw it-twettiq tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali
permezz ta’ mezzi varji, imma wkoll permezz tal-
Iskema għal Attivitajiet Kulturali eżistenti u riżorsi
oħra li se jiġu allokati mill-gvern fis-snin li ġejjin.
Il-Kunsill Malti għall-Arti