1.
Introduzzjoni
L-istrateġija kulturali għar-Reġjun Tramuntana tiġbor it-temi kulturali u
l-prijoritajiet l-aktar importanti għar-reġjun mill-2022 ’il quddiem. Din l-istrateġija
kulturali, l-ewwel waħda għar-reġjun, kienet żviluppata mill-Kunsill Reġjonali, il-
Kunsilli Lokali, l-organizzazzjonijiet kulturali nongovernattivi, l-Organizzazzjonijiet
Kulturali Pubbliċi, il-prattikanti kulturali u r-residenti tal‑lokalitajiet. Ir‑Reġjun
Tramuntana jinkludi dawn il-lokalitajiet: il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta,
in‑Naxxar, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, Ħal Balzan, San Ġwann u l-Imtarfa.
l-proġett Provvista ta’ Żvilupp u
Implimentazzjoni ta’ Strateġija Kulturali
għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali huwa mmexxi
mill-Kunsill Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni
mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni
Kunsilli Lokali Malta. Dan jifforma parti mill-proġett
ESF.04.079 bl-isem Create 2020: Ninvestu fil-ħiliet
ta’ kapaċità kulturali u kreattivi fis-settur pubbliku
ta’ Malta finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew
Programm Operazzjonali II – Il-fondi strutturali u
ta’ investiment Ewropej 2014 – 2020 Ninvestu fir-
riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet
filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà. Ir-rata
ta’ konfinanzjament ta’ dan il-proġett hija 80% fondi
tal-UE u 20% fondi nazzjonali.
Din l-istrateġija:
→Tesplora u tkejjel il-bażi tal-assi għall-kultura fir-
Reġjun Tramuntana.
→Tipprovdi sommarju tal-assi kulturali ewlenin
tar-reġjun, tal-irwol distintiv li għandha l-kultura,
tanalizza n-nuqqasijiet, u tirrakkomanda bini u
tisħiħ ta’ kapaċitajiet biex il-kultura tieħu rwol
ewlieni fl-iżvilupp tar-reġjun.
→Tressaq każ strateġiku għall-kultura – bħala
ingredjent vitali għas-soċjetà ċivili, għal tkabbir
inklussiv, u approċċi sostenibbli għall-komunità
u l-lokalità.
→ Tipprovdi opportunitajiet għall-kollaborazzjoni u
punt ta’ riferiment mar-reġjuni madwar l-Ewropa
– biex ir-reġjun jista’ jkun kemm pijunier kif ukoll
imsieħeb ta’ żvilupp immexxi mill-kultura bl-
aħjar prattika.
Ir-riċerka li hija l-pedament ta’ din l-istrateġija
involviet konsultazzjoni kwalitattiva estensiva
biex tfassal u tifhem l-assi kulturali tar-reġjun.
Dan inkluda analiżi dokumentattiva tal-assi
kulturali, stħarriġ, u perjodu ta’ diskussjoni kritika
u konsultazzjoni li pprovdew sett ta’ perspettivi
friski fuq l-irwol li tista’ tieħu l-kultura fit-tiswir tar-
reġjuni tal-Gżejjer Maltin. L-istrateġija tirrikonoxxi
l-kontribuzzjoni ta’ valur li l-kultura diġà tagħti
lir-reġjuni differenti, imma tenfasizza l-potenzjal
f’impenn u żvilupp usa’ li jistgħu jipprovdu futur aħjar
għal kulħadd.
L-għan ġenerali ta’ din l-istrateġija huwa li jagħmel
is-sitt reġjuni tal-Gżejjer Maltin aktar dinamiċi,
aktar miftuħa, aktar distinti, postijiet aktar pjaċevoli
biex tkun fihom, juża l-poter tal-kultura biex jibni
komunitajiet aktar b’saħħithom, aktar sani u aktar
koeżivi, li jiddiversifika u jsaħħaħ l-ekonomija,
jagħti ħajja mill-ġdid lill-patrimonju Malti u jgħin
jindirizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi li l-Gżejjer
Maltin jiffaċċaw. Għall-għanijiet ta’ din l-istrateġija,
il-kultura hija definita fl-aktar sens usa' b’mod li
tħaddan l-identitajiet u l-komunitajiet tagħna, il-
wirt kulturali tagħna, il-mużewijiet, is-swali lokali
tal-mużika, it-teatri, il-libreriji, il-festivals, il-festi,
l-avvenimenti u l-prattikanti kulturali – l-artisti, il-
makers, il-performers, il-mużiċisti, il-kittieba u dawk
kollha fil-firxa wiesgħa ta’ talenti kreattivi.
14
Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana