Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

Albert Marshall,

Ċermen Eżekuttiv, Kunsill Malti għall-Arti

Għall-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), dan il-proċess ta’ tmexxija

ta’ proġett lejn l-iżvilupp tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali kien

wieħed intwittiv, u dan filwaqt li kien hemm kollaborazzjoni u għalhekk

skambju ta’ għarfien mar-rappreżentanti tal-gvern reġjonali u lokali, diversi

organizzazzjonijiet, prattikanti kreattivi u partijiet ikkonċernati oħra.

an jirrifletti approċċ parteċipatorju għat-

twettiq ta’ politika kif ukoll enfasi strateġika

fuq il-komunitajiet diversi li jsawru

l-ekoloġija kulturali u kreattiva ta’ Malta. Il-viżjoni

u l-istrateġija tal-KMA se jibqgħu iffukati bis-sħiħ

fuq it-twettiq tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali,

waqt li jsostnu l-importanza tagħhom permezz

tal-integrazzjoni ta’ għanijiet strateġiċi relatati

speċifikament skont l-Istrateġija 2025 tal-KMA

li tnediet reċentament. Il-proċess konsultattiv, li

informa kemm lill-istrateġija msemmija kif ukoll

lill-Istrateġiji Kulturali Reġjonali, kien strumentali

fil-mod li l-Kunsill fittex jillokalizza l-prijoritajiet

stabbiliti fil-Politika Kulturali Nazzjonali. Din il-

politika hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Konvenzjoni

dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-

Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO tal-2005.

Il-kultura għandha rwol ċentrali fil-bini ta’

komunitajiet aktar b’saħħithom, sani u koeżivi,

waqt li tibqa’ integrali għas-soċjetajiet urbani u

rurali u katalista għall-iżvilupp sostenibbli. Dan

rifless f’numru ta’ Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

bħall-Għan 11, li jirreferi direttament għall-ħolqien

ta’ spazji pubbliċi inklussivi u l-protezzjoni tal-wirt

u l-prattiki kulturali. Huwa fi ħdan dan il-kuntest

li l-KMA stinka lejn it-tfassil ta’ dawn l-Istrateġiji

Kulturali Reġjonali u ħa l-approċċ strateġiku ġenerali

li jappoġġja lis-setturi kulturali u kreattivi fuq livell

lokali u reġjonali.

L-iskambju komunitarju u kulturali huwa wieħed

mill-pilastri ewlenin li l-KMA kien qed jappoġġja u

jiffaċilita permezz ta’ diversi inizjattivi strateġiċi u ta’

finanzjament. Ix-xogħol huwa kontinwament għaddej

biex joħloq possibbiltajiet għal spazji kulturali lokali

biex iservu bħala postijiet ta’ skambju kulturali.

Permezz tat-tnedija ta’ dawn l-istrateġiji qed jiġi

rikonoxxut il-bżonn li jsir aktar biex titrawwem

il-bażi ta’ assi kulturali distinti u diversi ta’ kull

reġjun f’Malta.

Fis-snin li ġejjin, l-KMA għandu l-intenzjoni li

jiżviluppa u jinvesti aktar f’dawn l-oqsma strateġiċi,

flimkien ma’ oħrajn bħall-intraprenditorija, ir-riċerka,

l-internazzjonalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-iżvilupp

kulturali. It-trikkib ma’ setturi oħra bħal dawk tas-

saħħa, l-ambjent u l-aspetti soċjali se jingħata aktar

prominenza fi tweġiba għal urġenzi internazzjonali.

Wieħed għandu jirrikonoxxi li fehim sottili tal-assi

kulturali lokali huwa kruċjali biex l-KMA jirnexxilu

jilħaq u jesplora territorju ġdid. Fid-dawl ta’ dan,

wieħed jitħeġġeġ li jara dawn l-istrateġiji jissarrfu

f’azzjoni flimkien mar-realizzazzjoni tal-għan

strateġiku tal-KMA li jappoġġja l-benesseri kulturali

tar-reġjuni Maltin fis-snin li ġejjin.

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana