Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

4.2.

L-analiżi SWOT għar-Reġjun Tramuntana

Dawn huma xi sejbiet ewlenin mill-eżerċizzju ta’

riċerka u konsultazzjoni li informa din l-istrateġija:

Il-Preġji

Id-Dgħufijiet

→Assi ta’ wirt kulturali – ir-reġjun huwa rikk ħafna f’dan

l-aspett, b’ammont bla tarf ta’ assi tanġibbli u intanġibbli.

Dawn l-assi jistgħu jintużaw aħjar biex itejbu l-involviment

kulturali fil-komunitajiet.

→Bilanċ bejn żoni rurali u urbani – ir-reġjun magħruf għaż-żoni

rurali tiegħu li għandhom uħud mill-aktar pajsaġġi tradizzjonali

ta’ Malta u jinkludu diversi tipi ta’ flora u għelieqi agrikoli li

jipprovdu xenarju sabiħ.

→Kollaborazzjoni u sens ta’ ħbiberija bejn il-komunitajiet fil-qalba

– ħafna mil-lokalitajiet fir-reġjun għandhom sens qawwi ta’

komunità li jmur lura ġenerazzjonijiet sħaħ. Waqt li dan jista’

jagħmilha diffiċli għal ġenerazzjonijiet ġodda u komunitajiet li

qed jidħlu fir-reġjun biex jintegraw, is-saħħa tal-komunità tista’

titrawwem bħala waħda mill-assi għar-residenti kollha.

→Diversità kulturali – id-diversità kulturali distinta fir-reġjun

tiġġenera ħafna opportunitajiet ta' skambju kreattiv kif ukoll

l-iżvilupp ta’ programmi kulturali ġodda. Il-bilanċ bejn il-

komunità tradizzjonali lokali u l-komunitajiet aktar ġodda diversi

jista’ jkun ta’ preġju reali fi ħdan ir-reġjun.

→Jidher li hemm "mentalità parrokkjali" u xi wħud jirreżistu li

jħaddnu l-bidla – waqt li s-sens ta’ komunità jista’ jkun preġju,

jista’ wkoll jikkawża tensjoni u skuntentizza, speċjalment fejn

jidħlu tressiq ta’ proposti li jħarsu ’l quddiem.

→Nuqqas ta’ kapaċità kulturali u organizzattiva – pereżempju,

jidher li hemm għarfien espert limitat fit-tmexxija ta’

avvenimenti u l-fehim kulturali u kreattiv. Minkejja li hemm

impetu b’saħħtu biex jinħolqu avvenimenti għall-komunità, il-

Kunsilli Lokali għandhom fehim u għarfien limitat tat-tmexxija

tal-avvenimenti u ta’ kif jiġu involuti l-udjenzi.

→Sistema li hija ċentralizzata ġmielha u mmexxija mill-Gvern

Ċentrali – konverżazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati lokali

żvelaw tħassib komuni fuq kif topera s-sistema ta’ governanza

nazzjonali preżenti. Il-livell għoli ta' ċentralizzazzjoni huwa

meqjus ta' tfixkil għall-operat ta’ kuljum u għall-iżvilupp

organizzattiv prospettiv tal-lokalitajiet u r-reġjuni.

→Nuqqas ta’ għarfien fuq l-assi lokali u l-interessi tal-komunità –

meta jitqies l-iskambju kulturali limitat bejn il-komunitajiet, u

n-nuqqas storiku ta’ tfassil u promozzjoni tal-assi, l-assi kulturali

għadhom ma jitqisux bħala riżorsa ewlenija għall-iżvilupp tal-

komunità u tar-reġjun.

→Prijoritajiet diverġenti (bejn ir-reġjun u l-lokalitajiet; bejn

lokalitajiet differenti) – il-prijoritajiet tar-reġjun u tal-lokalitajiet

mhumiex dejjem allinjati, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-

lokalitajiet. Ir-relazzjonijiet bejn ir-Reġjun u l-Kunsilli Lokali

differenti u bejn il-lokalitajiet infushom, kultant ikunu f’tensjoni,

b’kull lokalità tillobbija għall-għanijiet tagħha.

→Komunitajiet maqtugħa u nuqqas ta’ konnessjoni mal-programm

kulturali – normalment, residenti mhux Maltin ma jinvolvux

ruħhom b’mod attiv fl-attivitajiet kulturali organizzati mill-

Kunsilli Lokali. Skont ir-riċerka, huwa evidenti li l-avvenimenti

organizzati mill-Kunsilli Lokali huma influwenzati ħafna mill-

politika ta’ identità, li għalhekk jirriflettu n-narrattiva kulturali

dominanti tal-“identità Maltija” – u dan iwassal għal nuqqas ta’

rappreżentanza f’termini ta’ diversità u identitajiet multipli. Dan

dejjem iżid aktar il-qasma bejn il-komunitajiet intrinsikament

lokali u oħrajn li jħossuhom maqtugħa.

25

Il-Kunsill Malti għall-Arti