4.
Il-Profil Kulturali tar‑Reġjun
Tramuntana
4.1.
Il-Profil
4.1.1. Il-profil demografiku
Ir-Reġjun Tramuntana jgħaqqad flimkien disa’
lokalitajiet fil-majjistral ta’ Malta u għandu medda ta’
madwar 82.07km² (31% tal-medda totali ta’ Malta).
L-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Istatistika (2020) turi li r-reġjun għandu
popolazzjoni ta’ 118,588 – li hija ekwivalenti għal
23% ta’ Malta kollha – u hija mqassma ugwalment
bejn irġiel u nisa. Ir-rata komposta ta’ tkabbir annwali
hija 2.6%, li hija t-tieni l-ogħla f’Malta u Għawdex
wara dik tar-Reġjun Lvant. San Pawl il-Baħar għandu
rata ta’ tkabbir ta’ 6.9% - l-ogħla fost il-lokalitajiet
kollha f’Malta u Għawdex. L-istatistika tal-2020
turi li l-lokalitajiet ta’ dan ir-reġjun kellhom din il-
popolazzjoni: il-Mellieħa (11,693), l-Imġarr (3,985),
il-Mosta (21,495), in-Naxxar (15,388), San Pawl
il-Baħar (31,789), l-Imtarfa (2,612), Ħ’Attard (11,774),
Ħal Balzan (4,741) u San Ġwann (15,111).
Skont iċ-ċensiment tal-popolazzjoni tal-2021,
20,285 resident fir-reġjun għandhom 65 sena jew
aktar – dan l-ammont hu ekwivalenti għal 21% tal-
popolazzjoni anzjana ta’ Malta (Uffiċċju Nazzjonali
tal-Istatistika, 2022). Ir-reġjun għandu wkoll waħda
mill-akbar konċentrazzjonijiet ta’ residenti mhux
Maltin. Madwar 80% tar-residenti mhux Maltin
huma ħaddiema ta’ madwar tletin sena li ġew
fil-gżira mingħajr il-familja tagħhom. Dan għandu
implikazzjonijiet sostanzjali għar-reġjun minħabba
li joħloq konġestjonijiet fis-sistema edukattiva u
s-settur tal-akkomodazzjoni.
4.1.2. Il-profil ekonomiku
Fl-2018, in-nefqa relatata mal-kultura fir-reġjun
kienet ta’ €142,365.81 (it-tielet l-ogħla fil-pajjiż).
Flimkien mal-fatt li r-reġjun għandu spettru divers ta’
assi kulturali, li jvarja minn attrazzjonijiet tal-baħar
u tal-kampanja, għal ċentri ta’ divertimenti u siti
storiċi, huwa ċar li r-reġjun għandu opportunità kbira
biex jiddiversifika l-attivitajiet għall-komunitajiet fil-
qalba tiegħu u lil hinn.
Madankollu hemm tħassib li l-iżvilupp urban fi ħdan
ir-reġjun qed ikun ta’ theddida għall-assi kulturali.
Ir-reġjun għandu wkoll wieħed mill-akbar persentaġġi
ta’ persuni li qed jesperjenzaw il-privazzjoni (20%).
4.1.3. Il-profil kulturali
Ir-riċerka tal-2019 ta' Esprimi fuq inizjattivi kulturali
mill-Kunsilli Lokali fir-reġjun tindika li r-reġjun
huwa t-tieni l-aktar li organizza avvenimenti
kulturali mill-Kunsilli Lokali (29 avveniment fl-
2018). L-avvenimenti ewlenin kienu l-Jum ta’
Kommemorazzjoni tal-lokalità u żjarat kulturali.
Is-sejbiet tal-istħarriġ juru li ħafna (90%) mir-
rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali fir-reġjun ma
kinux sodisfatti bil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini
fl-avvenimenti li ttellgħu u 67% ma kkommettewx
ruħhom fuq il-valur li r-residenti jagħtu lill-kultura fil-
lokalità tagħhom. Minn dawn l-attivitajiet, aktar min-
23
Il-Kunsill Malti għall-Arti