Kelmtejn Qabel
L-Onorevoli Owen Bonnici
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Il-proġett Provvista ta’ Żvilupp ta’ Strateġija Kulturali u
Implimentazzjoni għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali mmexxi mill-Kunsill
Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni
tal-Kunsilli Lokali huwa kisba importanti għall-iżvilupp kulturali f’Malta. Inħossni
kburi ninnota li dan il-proġett twettaq b’suċċess bħala parti mill-proġett Create
2020 b’investiment ta’ miljun ewro mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment
Ewropej 2014 – 2020 fil-ħiliet kulturali u kreattivi fis-settur pubbliku Malti.
-Istrateġiji Kulturali Reġjonali huma pass
ieħor fl-impenn tal-gvern biex jiddiċentralizza
l-attività kulturali u jagħti s-setgħa lil
aktar komunitajiet lokali biex imexxu l-iżvilupp
kulturali. Barra minn hekk, l-istrateġiji jibnu fuq
il-kollaborazzjoni mill-aqwa bejn istituzzjonijiet
fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u
l-Gvern Lokali, b’kontribuzzjonijiet validi minn esperti
kulturali u mijiet ta’ partijiet ikkonċernati li ħadu
sehem fil-proċess.
Il-kultura hija mandat legali vinkolanti kemm għall-
Kunsilli Lokali kif ukoll għall-Kunsilli Reġjonali, u permezz
tar-riforma riċenti tal-2019, dan ġie msaħħaħ aktar. Dan
kollu ġie mfassal id f’id mal-Kunsilli Lokali u Reġjonali,
kemm il-proċess li wassal għat-twaqqif tal-Istrateġiji
Kulturali Reġjonali, kif ukoll l-għodod li ngħataw
għat-twettiq tagħhom, li huma eżempji tanġibbli ta’
governanza parteċipatorja. Riżultat ta’ dan, issa r-Reġjuni
jistgħu jidentifikaw prijoritajiet kulturali li huma bbażati
fuq l-evidenza u adattati għall-identitajiet kulturali uniċi
fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali.
L-Istrateġiji Kulturali Reġjonali se jiffaċilitaw u jtejbu
l-ġestjoni tar-riżorsi tal-infrastruttura kulturali lokali
u għalhekk se jżidu l-opportunitajiet għall-kultura u
l-kreattività, u jagħmluhom ukoll aktar aċċessibbli.
Jiena kunfidenti li t-taħriġ li ngħata lill-Kunsilli Lokali u
Reġjonali kollha se jappoġġja l-istrutturi amministrattivi
tal-Gvern Lokali biex iwettqu l-Istrateġiji Kulturali
Reġjonali. Il-gvern jibqa’ impenjat li jappoġġja lill-
Kunsilli Reġjonali u l-kollaboraturi tagħhom biex
iwettqu dawn l-istrateġiji għax jemmen bis-sħiħ li
l-kultura hija komponent essenzjali tal-benesseri tal-
komunitajiet tagħna.
Ninkoraġġixxi lill-Kunsilli Reġjonali biex jikkollaboraw
bis-sħiħ mal-Kunsill Malti għall-Arti u jsarrfu dawn
l-istrateġiji f’azzjonijiet tanġibbli, effettivi u sostenibbli
li jħallu impatt pożittiv fuq il-Kunsilli Lokali, l-NGOs,
il-prattikanti kreattivi u l-partijiet ikkonċernati oħra
li huma involuti fis-setturi kulturali u kreattivi. Il-ġid
tal-wirt kulturali, id-diversità tal-komunitajiet tagħna u
t-talent eċċezzjonali tal-poplu tagħna huma assi għas-
sostenibbiltà tar-reġjuni tagħna. Flimkien, nistgħu
nassiguraw li l-iżvilupp tat-talent u tal-udjenza, u
l-innovazzjoni tal-patrimonju, stabbiliti bħala t-tliet
temi trasversali ta’ dawn l-istrateġiji, se jwasslu għal
aktar żvilupp kulturali kollaborattiv u mmexxi mill-
komunità f’Malta u Għawdex.
Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana