Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

Welcome to interactive presentation, created with Publuu. Enjoy the reading!

L-Onorevoli Alison Zerafa Civelli

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali

Minkejja d-daqs diminuttiv tagħna, Malta għandha ħafna

x’toffri, kemm lir-residenti kif ukoll lill-viżitaturi tagħha. L-irħula

u l-villaġġi tagħna huma verament uniċi għax huma rikki fil-kultura u

l-patrimonju waqt li mdawra bil-Baħar Mediterran. Huwa għalhekk li

l-Kunsilli Reġjonali u Lokali tagħna huma verament konxji mill-importanza

li rridu npoġġu fuq il-protezzjoni u t-trawwim tal-kultura, il-patrimonju

u t-tradizzjonijiet lokali tagħna. Huma dawn flimkien li joħolqu r-ruħ tal-

bliet u l-irħula tagħna, tal-ambjent tagħna, u tal-arċipelagu sħiħ tagħna.

aqt li nżidu fil-valur tal-lokalitajiet

Maltin, irridu nieħdu li nistgħu mill-

għarfien espert tagħna waqt li nelevawh

biex ninkoraġġixxu lill-Kunsilli Lokali tagħna jużaw it-

talenti u l-għarfien tagħhom biex tissaħħaħ l-istorja

lokali, it-tradizzjonijiet u l-użanzi tagħna� B’dan

il-mod, nistgħu nippreservaw x’jagħmilna Maltin u

ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri għal snin sħaħ�

Il-Kunsilli Lokali tagħna huma sors kbir ta’ għarfien

reġjonali, u huwa għalhekk li huma parti integrali

tal-Istrateġija Kulturali Nazzjonali� Huwa biss

bil-parteċipazzjoni tagħhom li nistgħu nadattaw

għar-realtajiet ta’ kuljum tas-sitt reġjuni ta’ Malta

biex nintegraw il-komunitajiet, il-knisja, il-kumitati,

l-organizzazzjonijiet, l-artisti, il-kreattivi, il-klabbs

lokali u r-residenti biex flimkien jippromwovu u

jistimulaw il-kultura, it-tradizzjonijiet u l-istorja li

naqsmu flimkien�

Għalhekk, huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nħabbar li

l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern

Lokali qed jinvesti f’Managers Reġjonali fi ħdan il-

Kunsilli Reġjonali tagħna bħala riżorsa umana vitali�

Barra minn hekk, dawn qed jikkollaboraw mill-qrib

mal-Koordinatur Kulturali Reġjonali tal-Kunsill

Malti għall-Arti�

Inħossni ħerqana u eċitata bil-ħsieb li nara attivitajiet

kulturali lokali u inizjattivi ta’ kwalità għolja,

iffaċilitati mill-Kunsilli Lokali tagħna� Fuq kollox,

ninkoraġġixxi lir-residenti u l-komunitajiet tagħna

biex jipparteċipaw u jieħdu l-opportunità biex

jitgħallmu minn dawn l-esperjenzi u jħaddnu t-talent

lokali u l-istorja u l-patrimonju tagħna li jagħmluna

verament Maltin�

Kelmtejn Qabel

L-Onorevoli Owen Bonnici

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Il-proġett Provvista ta’ Żvilupp ta’ Strateġija Kulturali u

Implimentazzjoni għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali mmexxi mill-Kunsill

Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni

tal-Kunsilli Lokali huwa kisba importanti għall-iżvilupp kulturali f’Malta. Inħossni

kburi ninnota li dan il-proġett twettaq b’suċċess bħala parti mill-proġett Create

2020 b’investiment ta’ miljun ewro mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment

Ewropej 2014 – 2020 fil-ħiliet kulturali u kreattivi fis-settur pubbliku Malti.

-Istrateġiji Kulturali Reġjonali huma pass

ieħor fl-impenn tal-gvern biex jiddiċentralizza

l-attività kulturali u jagħti s-setgħa lil

aktar komunitajiet lokali biex imexxu l-iżvilupp

kulturali� Barra minn hekk, l-istrateġiji jibnu fuq

il-kollaborazzjoni mill-aqwa bejn istituzzjonijiet

fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u

l-Gvern Lokali, b’kontribuzzjonijiet validi minn esperti

kulturali u mijiet ta’ partijiet ikkonċernati li ħadu

sehem fil-proċess�

Il-kultura hija mandat legali vinkolanti kemm għall-

Kunsilli Lokali kif ukoll għall-Kunsilli Reġjonali, u permezz

tar-riforma riċenti tal-2019, dan ġie msaħħaħ aktar� Dan

kollu ġie mfassal id f’id mal-Kunsilli Lokali u Reġjonali,

kemm il-proċess li wassal għat-twaqqif tal-Istrateġiji

Kulturali Reġjonali, kif ukoll l-għodod li ngħataw

għat-twettiq tagħhom, li huma eżempji tanġibbli ta’

governanza parteċipatorja� Riżultat ta’ dan, issa r-Reġjuni

jistgħu jidentifikaw prijoritajiet kulturali li huma bbażati

fuq l-evidenza u adattati għall-identitajiet kulturali uniċi

fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali�

L-Istrateġiji Kulturali Reġjonali se jiffaċilitaw u jtejbu

l-ġestjoni tar-riżorsi tal-infrastruttura kulturali lokali

u għalhekk se jżidu l-opportunitajiet għall-kultura u

l-kreattività, u jagħmluhom ukoll aktar aċċessibbli�

Jiena kunfidenti li t-taħriġ li ngħata lill-Kunsilli Lokali u

Reġjonali kollha se jappoġġja l-istrutturi amministrattivi

tal-Gvern Lokali biex iwettqu l-Istrateġiji Kulturali

Reġjonali� Il-gvern jibqa’ impenjat li jappoġġja lill-

Kunsilli Reġjonali u l-kollaboraturi tagħhom biex

iwettqu dawn l-istrateġiji għax jemmen bis-sħiħ li

l-kultura hija komponent essenzjali tal-benesseri tal-

komunitajiet tagħna�

Ninkoraġġixxi lill-Kunsilli Reġjonali biex jikkollaboraw

bis-sħiħ mal-Kunsill Malti għall-Arti u jsarrfu dawn

l-istrateġiji f’azzjonijiet tanġibbli, effettivi u sostenibbli

li jħallu impatt pożittiv fuq il-Kunsilli Lokali, l-NGOs,

il-prattikanti kreattivi u l-partijiet ikkonċernati oħra

li huma involuti fis-setturi kulturali u kreattivi� Il-ġid

tal-wirt kulturali, id-diversità tal-komunitajiet tagħna u

t-talent eċċezzjonali tal-poplu tagħna huma assi għas-

sostenibbiltà tar-reġjuni tagħna� Flimkien, nistgħu

nassiguraw li l-iżvilupp tat-talent u tal-udjenza, u

l-innovazzjoni tal-patrimonju, stabbiliti bħala t-tliet

temi trasversali ta’ dawn l-istrateġiji, se jwasslu għal

aktar żvilupp kulturali kollaborattiv u mmexxi mill-

komunità f’Malta u Għawdex�

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana

Made with Publuu - flipbook maker