Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

6.

Konklużjoni

Din l-Istrateġija Kulturali għar-Reġjun Tramuntana tenfasizza l-irwol

li għandha l-kultura fl-iżvilupp ta’ din il-parti distinta ta’ Malta, u

tipprovdi r-razzjonal għal approċċ reġjonali aktar b'saħħtu fejn jidħlu

l-governanza, l-investiment u t-twettiq marbuta mal-kultura.

ija għandha l-għan li toħloq aktar

opportunitajiet għall-kollaborazzjoni

bejn il-partijiet ikkonċernati, waqt li tieħu

kemm tista’ mir-riżorsi aċċessibbli. L-Istrateġija

tfittex li tibni kapaċità fl-organizzazzjonijiet u

l-komunitajiet kulturali, biex tiftaħ il-parteċipazzjoni

u l-ipprogrammar kulturali sabiex id-diversità

kulturali tar-Reġjun dejjem tikber, u tiġi mħaddna

aktar bis-sħiħ.

It-twaqqif tal-Kumitat Kulturali Reġjonali biex

jassigura governanza parteċipatorja, huwa maħsub

biex joħloq aktar linji diretti ta’ komunikazzjoni bejn

il-lokalitajiet, kif ukoll li jiffaċilita rappreżentazzjoni

aħjar tal-komunitajiet fil-proċessi tat-teħid tad-

deċiżjonijiet. F’dan il-kuntest, jeħtieġ ikun hemm

kollaborazzjoni interreġjonali akbar, partikolarment

meta jitqiesu l-bidliet li saru fil-fruntieri tar-reġjun –

li qabel kienu jinkludu “It-Tliet Irħula” (Ħ’Attard, Ħal

Lija u Ħal Balzan), imma li issa jeskludu lil Ħal Lija.

Bl-istess mod, għandu jkun hemm sħubijiet strateġiċi

bejn irħula u villaġġi oħra li r-reġjun diġà jikkollabora

magħhom bħan-Naxxar u Ħal Għargħur.

Permezz tat-trawwim ta’ prattiki ta’ governanza

tajba, il-Kumitat Kulturali Reġjonali se jtejjeb

il-possibbiltà li jagħmel differenza u jżid

l-apprezzament tal-kultura u l-arti madwar ir-reġjun.

Jekk ikun ta’ suċċess, l-iżvilupp ta’ prattiċi bħal dawn,

jistgħu mbagħad jiġu ffaċilitati madwar u fi ħdan

il-lokalitajiet u, hekk, tinħoloq sistema interkonnessa

ta’ proċessi ta’ riċerka u żvilupp maħsuba sabiex

ittejjeb id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq kull tip ta’

kwistjoni, anke lil hinn mill-kultura.

L-irwol tal-Uffiċjal Kulturali Reġjonali,

f'konsultazzjoni mal-Koordinatur Kulturali Reġjonali,

huwa essenzjali biex jissorvelja dawn l-azzjonijiet

proposti u jassigura wkoll li l-konsulenza u

l-għarfien espert huma disponibbli għar-reġjun

biex jiffaċilitaw il-ġbir tad-data, il-ġestjoni u

l-ippjanar tal-avvenimenti u l-kisba ġenerali tal-miri

maħluqa mill-istrateġija.

29

Il-Kunsill Malti għall-Arti