3.1.
Il-prijoritajiet komuni għall‑kultura
madwar is-sitt reġjuni
Kull tema trasversali hija marbuta ma’ ħames prijoritajiet ewlenin:
Tressiq tal-komunitajiet rurali u rħula żgħar
Tressiq tal-komunitajiet rurali u rħula żgħar biex
jibnu rabtiet kulturali aktar b’saħħithom u l-kampanja
titwassal fil-belt u l-belt titwassal fil-kampanja.
Huwa vitali li l-komunitajiet huma konessi kemm
internament kif ukoll esternament, b’opportunitajiet
għall-membri tal-komunitajiet biex jipparteċipaw
f’firxa ta’ attivitajiet kulturali u jidħlu fi skambju u
joħolqu flimkien kulturi ġodda li jtejbu l-benesseri u
jiffaċilitaw sens aktar b’saħħtu tal-post.
Bini tal-kapaċità fl-infrastruttura kulturali u għal organizzazzjonijiet kulturali
Bini tal-kapaċità fl-infrastruttura kulturali u għal
organizzazzjonijiet kulturali b’impenn li jappoġġjaw
organizzazzjonijiet kulturali emerġenti bħala
komponent vitali ta’ tiġdid kulturali u kreattiv dejjem
għaddej. Dan ifisser ukoll li l-iżvilupp tal-prattika
ta’ governanza tajba fl-għażla tal-avvenimenti,
fl-utilizzazzjoni tar-riżorsi disponibbli, fil-metodi tal-
involviment tal-komunità u fid-dokumentazzjoni u
l-analiżi tal-eżiti.
Tissaħħaħ is-sħubija u d-diversifikazzjoni tal-investiment
Tissaħħaħ is-sħubija u d-diversifikazzjoni tal-
investiment madwar Malta u Għawdex. Sħubijiet
eżistenti jirrikjedu konsolidazzjoni, tisħiħ u
innovazzjoni. L-imsieħba fi ħdan u bejn ir-reġjuni
għandhom bżonn jirrinkwadraw l-approċċ tagħhom
lejn l-investiment fil-kultura, waqt li jqegħduh wkoll
fil-qalba tal-edukazzjoni, l-ippjanar, is-saħħa u
l-benesseri. Dan se jirrikjedi sinerġija bejn il-partijiet
ikkonċernati varji strateġiċi biex jiżviluppaw pjan
kulturali komuni. Il-formazzjoni ta’ Kumitat Kulturali
Reġjonali, bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali,
l-NGOs u l-prattikanti kreattivi, se jiffaċilitaw teħid
tad-deċiżjonijiet aktar parteċipatorju. Mill-banda
l-oħra, l-Uffiċjali Kulturali Reġjonali jappoġġjaw it-
twettiq tal-istrateġija kulturali reġjonali.
Id-dimensjoni Ewropea u lil hinn
Il-Gżejjer Maltin huma ċentru b’rabtiet storiċi
b’saħħithom ma’ ħafna pajjiżi imma għandhom
isiru sforzi biex jinnewtralizzaw it-tendenza li
qed tikber lejn l-insularità. Ir-reġjun jista’ jkun
konness b’mod aħjar mal-bqija tad-dinja u jista’
jibbenefika minn skambju kulturali u sħubija ma’
msieħba internazzjonali.
Evalwazzjoni u evidenza
L-eżiti tal-istrateġija kulturali għandhom jitkejlu biex
jgħinu lill-imsieħba biex jidentifikaw modi biex itejbu
t-twassil tal-viżjoni u jassiguraw li din flimkien mat-
temi tal-istrateġija tħalli impatt fit-tul taż-żmien.
Dan jista’ jgħin lil min iwettaq l-istrateġija biex jikseb
fehim aħjar tal-assi ta’ kull lokalità fi ħdan ir-reġjun,
jikseb data reġjonali ta’ valur fuq postijiet li ma
jintużawx biżżejjed, u jifhem kif jista’ jinvolvi b’mod
aħjar lill-artisti residenti u lill-NGOs bbażati fiż-żona.
22
Strateġija Kulturali Reġjonali - Tramuntana