Starteġija Kulturali Reġjonali Tramuntana

L-Onorevoli Alison Zerafa Civelli

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali

Minkejja d-daqs diminuttiv tagħna, Malta għandha ħafna

x’toffri, kemm lir-residenti kif ukoll lill-viżitaturi tagħha. L-irħula

u l-villaġġi tagħna huma verament uniċi għax huma rikki fil-kultura u

l-patrimonju waqt li mdawra bil-Baħar Mediterran. Huwa għalhekk li

l-Kunsilli Reġjonali u Lokali tagħna huma verament konxji mill-importanza

li rridu npoġġu fuq il-protezzjoni u t-trawwim tal-kultura, il-patrimonju

u t-tradizzjonijiet lokali tagħna. Huma dawn flimkien li joħolqu r-ruħ tal-

bliet u l-irħula tagħna, tal-ambjent tagħna, u tal-arċipelagu sħiħ tagħna.

aqt li nżidu fil-valur tal-lokalitajiet

Maltin, irridu nieħdu li nistgħu mill-

għarfien espert tagħna waqt li nelevawh

biex ninkoraġġixxu lill-Kunsilli Lokali tagħna jużaw it-

talenti u l-għarfien tagħhom biex tissaħħaħ l-istorja

lokali, it-tradizzjonijiet u l-użanzi tagħna. B’dan

il-mod, nistgħu nippreservaw x’jagħmilna Maltin u

ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri għal snin sħaħ.

Il-Kunsilli Lokali tagħna huma sors kbir ta’ għarfien

reġjonali, u huwa għalhekk li huma parti integrali

tal-Istrateġija Kulturali Nazzjonali. Huwa biss

bil-parteċipazzjoni tagħhom li nistgħu nadattaw

għar-realtajiet ta’ kuljum tas-sitt reġjuni ta’ Malta

biex nintegraw il-komunitajiet, il-knisja, il-kumitati,

l-organizzazzjonijiet, l-artisti, il-kreattivi, il-klabbs

lokali u r-residenti biex flimkien jippromwovu u

jistimulaw il-kultura, it-tradizzjonijiet u l-istorja li

naqsmu flimkien.

Għalhekk, huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nħabbar li

l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern

Lokali qed jinvesti f’Managers Reġjonali fi ħdan il-

Kunsilli Reġjonali tagħna bħala riżorsa umana vitali.

Barra minn hekk, dawn qed jikkollaboraw mill-qrib

mal-Koordinatur Kulturali Reġjonali tal-Kunsill

Malti għall-Arti.

Inħossni ħerqana u eċitata bil-ħsieb li nara attivitajiet

kulturali lokali u inizjattivi ta’ kwalità għolja,

iffaċilitati mill-Kunsilli Lokali tagħna. Fuq kollox,

ninkoraġġixxi lir-residenti u l-komunitajiet tagħna

biex jipparteċipaw u jieħdu l-opportunità biex

jitgħallmu minn dawn l-esperjenzi u jħaddnu t-talent

lokali u l-istorja u l-patrimonju tagħna li jagħmluna

verament Maltin.

Il-Kunsill Malti għall-Arti