Ġimgħa Mqaddsa
Holy Week
2024
Programm ta’ Attivitajiet
Programme of Activities
Reġgħet waslet il-Ġimgħa Mqaddsa. Mument importanti
għall-Kattoliċi. Iżda aħna wkoll bħala Reġjun, impenjati biex
nagħtu spazju lill-wirt kulturali tagħna li huwa kbir fil-kwantità u
l-kwalità. Semmejt ir-reliġjon, għaliex konxji wkoll ta’ reliġjonijiet
differenti fir-Reġjun tagħna u li aħna nirrispettaw ukoll.
Madanakollu, pajjiżna sa issa għadu jħaddan bis-sħiħ il-fidi
Kattolika li aħna nagħtuha l-ġieħ mistħoqq.
Fil-lokalitajiet li jappartjenu għar-Reġjun Tramuntana nsibu
tradizzjonijiet sbieħ u anke antiki marbuta ma’ dan iż-żmien.
Apparti l-Mosta u n-Naxxar, illum saru jsiru attivitajiet diversi
f’irħula oħra, fosthom anke purċissjoni fl-Imġarr, u dwal relatati
ma’ dan iż-żmien f’San Ġwann.
Il-lokalitajiet l-oħra jilqgħu fi ħdanhom wirjiet minn individwi,
għaqdiet u soċjetajiet mużikali li għat-tieni sena xtaqna
nagħtuhom spazju u għajnuna biex ixerrdu l-informazzjoni
tagħhom dwar dak li ppreparaw għall-pubbliku, permezz ta’ dan
il-ktejjeb.
Nammetti li xtaqt li jkollna rispons aħjar imma nifhem li kulħadd
ikollu l-modi differenti tiegħu kif jirreklama l-arti tiegħu. Aħna rridu
biss li kollox ikun miġbur fi ktejjeb ħalli anke għal ta’ warajna,
inħallu wirt miktub. Għalkemm il-midja soċjali hija ferm popolari
llum il-ġurnata, dak kollu li huwa stampat fi ktejjeb jibqa’ hemm
ukoll għal dejjem, issibu malajr u fih is-sabiħ tiegħu li jkun miġbur
Clifford Galea Vella Maslennikov
M.A Baroque Studies (melit.), B.A (Hons) History (Melit.), PGCE, Dipl. LCM, OSJ, OMLJ
President - Reġjun Tramuntana
Messaġġ
tal-President
fl- idejn biex jinqara u anke jiżdied mal-kollezzjonijiet kulturali
f’pajjiżna.
Inkompli ninkoraġixxi lilkom li torganizzaw tant b’passjoni dawn
l-attivitajiet, wirjiet, kunċerti u bosta avvenimenti oħra biex
inkabbru u nsaħħu dak li jagħmilna nazzjon uniku fil-mod
ċelebrattiv tagħna ta’ festi bħal tal-Għid, filwaqt li nawguralkom
f’isem il-membri tar-Reġjun Tramuntana, is-Segretarju Eżekuttiv u
l-istaff kollu, l-għid it-tajjeb.
Holy Week is here once again. An important moment for
Catholics. As a Region, we are committed to giving a place to our
cultural heritage, which is great in quantity and quality. I mentioned
religion, because we are aware of different religions in our Region,
which we also respect. However, our country still fully embraces the
Catholic faith which we give the respect that it deserves.
In the localities belonging to the Northern Region, we find beautiful
and even ancient traditionslinked to this time. Apart from Mosta
and Naxxar, nowadays various activities are carried out in other
villages, including a procession in Mġarr, and lights related to this
time in San Ġwann.
The other localities welcome exhibitions by individuals, groups and
musical societies, that for the second year, we wanted to give them
a space and help to spread their information about what they have
prepared for the public, through this booklet.
I admit that I wished that we had a better response, but I under-
stand that everyone has their own different ways of advertising their
art. We want everything to be collected in a booklet, so that we even
leave a written legacy for those to come after us. Although social
media is very popular nowadays, all that is printed in a booklet will
also remain there forever, is quickly found and has its beauty that it
is held in hand to be read and even added to the cultural collections
in our country.
I encourage all of you who organize these activities, exhibitions,
concerts and many other events with such passion to grow and
strengthen what makes us a unique nation in our way of celebrat-
ing holidays such as Easter, while I also wish you on behalf of the
members of the Northern Region, the Executive Secretary and all
the staff, a Happy Easter.
Ħ’ATTARD
Mixgħela (Candlelight Display)
Soċjeta’ Mużikali La Stella Levantina
44, Triq il-Kbira, Ħ’Attard
Disinji sagri b’karjografija ta’ xemgħat u fjakkoli fit-triq
ta’ quddiem il-każin. Issir jekk it-temp jippermetti.
A display of Holy symbols with Candlelight in front of the
Band club. Weather permitting
28 ta’ Marzu 2024
28th March 2024
Dħul b’xejn (Free entrance)
8pm - 12am
8pm - 12am
Ħinijiet tal-ftuħ (Opening Hours)
Wirja Sagra (Exhibition)
Soċjeta’ Mużikali La Stella Levantina
44, Triq il-Kbira, Ħ’Attard
Wirja sagra li tinvolvi ċena tal-appostli b’rit Lhudi,
feature ta’ informazzjoni fuq dan ir-rit, statwi, pitturi u
artifatti.
Exhibition of the last supper in the Jewish rite,
Information feature on the Jewish rite, statues, paintings,
and artefacts.
22 ta’ Marzu 2024
22nd March
23, 24 ta’ Marzu 2024
23rd & 24th March
28 ta’ Marzu 2024
28th March 2024
29 ta’ Marzu 2024
29th March 2024
Dħul b’xejn (Free entrance)
7pm - 9pm
6.30pm - 8pm
7pm - 12.00am
8am - 12.00pm
Ħinijiet tal-ftuħ (Opening Hours)
‘Żurni’
Mental Health Services
Occupational Therapy Department Mount Carmel
Hospital Attard
Ħamis 28 ta’ Marzu
Thursday 28th March
Ġimġħa 29 ta’ Marzu
Friday 29th March
Dħul b’xejn (Free entrance)
16:00 - 23:30
08:00 - 12:00
Ħinijiet tal-ftuħ (Opening Hours)
ĦAL BALZAN