Reġgħet waslet il-Ġimgħa Mqaddsa. Mument importanti
għall-Kattoliċi. Iżda aħna wkoll bħala Reġjun, impenjati biex
nagħtu spazju lill-wirt kulturali tagħna li huwa kbir fil-kwantità u
l-kwalità. Semmejt ir-reliġjon, għaliex konxji wkoll ta’ reliġjonijiet
differenti fir-Reġjun tagħna u li aħna nirrispettaw ukoll.
Madanakollu, pajjiżna sa issa għadu jħaddan bis-sħiħ il-fidi
Kattolika li aħna nagħtuha l-ġieħ mistħoqq.
Fil-lokalitajiet li jappartjenu għar-Reġjun Tramuntana nsibu
tradizzjonijiet sbieħ u anke antiki marbuta ma’ dan iż-żmien.
Apparti l-Mosta u n-Naxxar, illum saru jsiru attivitajiet diversi
f’irħula oħra, fosthom anke purċissjoni fl-Imġarr, u dwal relatati
ma’ dan iż-żmien f’San Ġwann.
Il-lokalitajiet l-oħra jilqgħu fi ħdanhom wirjiet minn individwi,
għaqdiet u soċjetajiet mużikali li għat-tieni sena xtaqna
nagħtuhom spazju u għajnuna biex ixerrdu l-informazzjoni
tagħhom dwar dak li ppreparaw għall-pubbliku, permezz ta’ dan
il-ktejjeb.
Nammetti li xtaqt li jkollna rispons aħjar imma nifhem li kulħadd
ikollu l-modi differenti tiegħu kif jirreklama l-arti tiegħu. Aħna rridu
biss li kollox ikun miġbur fi ktejjeb ħalli anke għal ta’ warajna,
inħallu wirt miktub. Għalkemm il-midja soċjali hija ferm popolari
llum il-ġurnata, dak kollu li huwa stampat fi ktejjeb jibqa’ hemm
ukoll għal dejjem, issibu malajr u fih is-sabiħ tiegħu li jkun miġbur
Clifford Galea Vella Maslennikov
M.A Baroque Studies (melit.), B.A (Hons) History (Melit.), PGCE, Dipl. LCM, OSJ, OMLJ
President - Reġjun Tramuntana
Messaġġ
tal-President